Serqu mat-€12,000 ġugarelli tal-Playmobil

Wieħed mill-irġiel kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest mogħtija lilu f'każ separat

Żewġt irġiel ingħataw il-ħelsien mill-arrest wara li fl-aħħar jiem tressqu l-Qorti akkużati li serqu madwar €12,000 f’ġugarelli tal-Playmobil.

Iż-żewġt irġiel tressqu quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit akkużat b’serq aggravate wara li fit-13 ta’ Settembru serqu l-ġugarelli.

Wieħed minnhom kien akkużat ukoll li kiser il-kundizzjonijet tal-ħelsien mill-arrest.

Huma ngħataw il-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €10,000.

Ġew ordnati wkoll biex jiffirmaw kuljum fl-għassa u josservew curfew.

More in Qrati u Pulizija