Qorti | Jimposta lilu nnifsu d-droga minn Liverpool għal Malta

Iż-żagħżugħ ammetta l-akkużi miġjuba kontrih

Arkivji
Arkivji

Żagħżugħ intbagħat 12-il xahar ħabs sospiżi għal sentejn wara li nstab ħati li bagħat bil-posta lilu nnifsu madwar 6 grammi kannabis u 8 grammi ketamine.

Iż-żagħżugħ li għandu 24 sena minn Liverpool ammetta li mposta lilu nnifsu pakkett bid-droga fl-indirizz li għandu Malta.

Huwa kien arrestat ilbieraħ wara li uffiċjali tal-Maltapost indunaw bil-pakkett. Huma infurmaw lill-pulizija u xorta marru bil-pakkett fl-indirizz li kellu miktub fuqu. Kien hemm li ż-żagħżugħ ġie arrestat.

L-Avukat Victor Bugeja qabel mal-prosekuzzjoni li saħqet li d-droga kienet għall-użu personali tiegħu.

Apparti s-sentenza ta’ ħabs sospiża, iż-żagħżugħ ngħata multa ta’ €500.

More in Qrati u Pulizija