Il-Qorti tissekwestra €46,000 lil Caruana Galizia dwar 'il-burdell ta' Cardona'

Il-Ministru Chris Cardona għamel talba quddiem il-Qorti sabiex jiġu sekwestrati dawn il-flus sakemm jintemm il-każ ta' libell fil-Qorti

Il-Qorti ordnat li jiġu sekwestrati €46,000 lill-blogger Daphne Caruana Galizia, sakemm jintemm il-każ ta' libell dwar il-każ tal-Ministru Chris Cardona, fejn Caruana Galizia allegat li l-Ministru mar fil-burdell FKK Acapulco meta kien fuq żjara uffiċjali fil-Ġermanja.

Dan is-sekwestru mill-Qorti sar fuq talba tal-Ministru Chris Cardona, li fetaħ minn tal-inqas tliet każi ta' malafama kontrieha.

Caruana Galizia, lura fl-aħħar ta' Frar allegat li mar f'burdell f'Velbert, fil-Ġermanja. Min-naħa tiegħu, Cardona ċaħad li dan kien minnu, u fil-fatt qal li hu ma kienx hemmhekk.

The garnishee is based on the maximum damages liable on the defamation case, which stands at €11,500.

Dwar dan il-każ, infetħu erba' każi ta' libell, tnejn mingħand il-Ministru Cardona u tnejn min-naħa ta' Joe Gerada li huwa konsulent fil-Ministeru ta' Cardona, u li Caruana Galizia allegat li kien qed jakkumpanja lil Cardona fil-burdell.

Il-Ministru Cardona qal ukoll li mistenni jiftaħ aktar libelli kontra l-Partit Nazzjonalista u l-media tiegħu.

 

More in Qrati u Pulizija