Jinsterqu €380,000 waqt hold-up fil-Casino di Venezia

Ritratti esklussivi ta’ waħda mill-akbar serqiet f’Malta

Għalkemm il-hold-up fil-Casino di Venezia fil-Birgu, li seħħ aktar minn ħames snin ilu, għadu meqjus bħala wieħed mill-hold-ups kbar, u li kien ħa biss ftit minuti, dan xorta mhux l-ikbar wieħed.

Illum il-bini fejn kien jospita l-Casino di Venezia fil-Waterfront tal-Birgu jinsab magħluq.

Armati sa snienhom

Dan il-hold-up seħħ l-Erbgħa, 3 ta’ Frar 2010 bejn is-7.34pm u s-7.37pm meta fil-Casino kien hemm madwar 20 klijent. Il-ħallelin marru fuq il-post b’karozza Pajero bajda, li mhux qed ikun eskluż li wara li l-ħallelin serqu l-karozza dawn bidlulha l-kulur.

Minn filmati li l-gazzetta ILLUM għandha f’idejha juri li s-serqa damet 3 minuti u 13-il sekonda.

Minbarra flus kontanti u ċekkijiet, insterqu wkoll arloġġ u ġiżi­rana tad-deheb li l-valur tagħhom mhux magħ­ruf. Is-serqa damet biss ftit minuti fejn il-ħallelin irnexxielhom iwettqu serqa ta’ aktar minn €380,000, għalkemm din is-somma qatt ma ġietx ikkon­fer­mata mill-kumpanija Casino di Venezia.

Hemm min sal-lum jemmen li l-ħallelin kellhom lil xi ħadd minn ġewwa fejn qatt ma ntqal għaliex is-safe tħalla miftuħ meta kien hemm ammonti kbar ta’ flus u oġġetti oħrajn ta’ valur fih.

Aktar fil-ħarġa tal-ILLUM

More in Qrati u Pulizija