85 serqa minn djar tal-anzjani . . .

Serq ta’ flus u oġġetti tad-deheb

F’perjodu ta’ sentejn il-Pulizija ntalbu jinvestigaw 85 serqa minn fuq anzjani residenti f’diversi djar tal-anzjani bejn l-2013 u din is-sena. L-aktar li ġew irrapportati serq kien mid-Dar Madonna tal-Mellieħa fejn ġew irrapportati 41 serqa.  Din l-informazzjoni ħarġet fil-Parlament waqt il-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari. Sorsi li tkellmu mal-ILLUM qalulna li fost is-serq kien hemm flus u oġġetti tad-deheb.

L-ILLUM tkellmet mas-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana li minn naħa tagħha qalet li l-Gvern jibqa’ kommess li jaqta' l-abbuzi minn fuq l-anzjani. “Sa mill-bidu ta’ kemm ilni Segretarju Parlamentari ħdimt biex nintroduċu ligi kontra l-abbuż fuq l-anzjani. Illum din il-liġi qegħda fis-seħħ u għalhekk kulmin jinqabad jabbuża fuq l-anzjani jeħel piena eħrex minn qatt qabel.” 

Caruana spjegat ukoll li l-anzjani residenti fi djar tal-anzjani jiġu nkoraġġuti biex meta jsibu xi affarijiet neqsin jirrapurtaw immedjatament lill-management tal-home u wara lil pulizija. “Kien hemm istanzi ta' passi dixxiplinarji kontra min inqabad jisraq. Apparti minn hekk fassalna linji gwida ta’ x’għandhom u x’m’għandhomx jieħdu magħhom l-anzjani meta jmur joqogħdu ġewwa residenza tal-anzjani u kif oġġetti ta’ valur għandhom jitqiegħdu ġo faċilitajiet ta’ sigurtà li hemm provduti fid-djar. Dan għamilnih sabiex jinqata’ s-serq mhux mixtieq fuq anzjani li jaf ikollhom affarijiet prezzjużi u għal qalbhom.”

Aktar fil-ħarġa tal-ILLUM

More in Qrati u Pulizija