Hemm pulizija li tħallas aktar minn €20,000 f'sena sahra

Aktar dwar l-artiklu trażżin fis-Sahra li deher fuq il-gazzetta ILLUM

B’referenza għall-artiklu tal-ġimgħa l-oħra dwar ir-restrizzjonijiet fis-sahra biex ikunu ffrankati spejjeż mill-fond tal-Korp tal-Pulizija, uffiċjal fil-Korp ikkonfermalna li qiegħda ssir restrizzjoni. Is-sors spjegalna li wieħed irid jara l-istampa kollha. Huwa qal li kienu qegħdin isiru talbiet esaġerati għal xogħol li faċilment jista’ jsir waqt il-ħin normali tant li l-Korp ħallas eluf kbar ta’ ewro f’sahra biss.

L-istess sors temm jgħidilna li saħansitra kien hemm persuna waħda li tħallas aktar minn €20,000 f’sahra biss f’sena barra l-paga normali.

More in Qrati u Pulizija