Marsascala tispiċċa mingħajr għassa tal-Pulizija

Il-permess mill-MEPA baqa' ma ħariġx u b'hekk il-pulizija bħalissa qed jippakkjaw kollox

Dik li kienet l-għassa tal-Pulizija f'Marsascala
Dik li kienet l-għassa tal-Pulizija f'Marsascala

Minn informazzjoni li għadha kif kisbet l-ILLUM jidher li l-għassa tal-Pulizija li kien hemm f'Wied il-Għajn, dik li kienet għassa ġo container issa ngħalqet hekk kif il-permess tal-MEPA baqa' ma ħariġx.

L-għassa li kienet fuq ix-xatt ta' Marsascala qed tingħalaq u bħalissa l-pulizija li kien hemm stazzjonati fiha qed jippakkjaw u se jerħulha fl-għassa ta' Ħaż-Żabbar.

Jidher issa li x'aktarx minflokha se jkun hemm il-mobile unit, dak il-vann tal-Pulizija li s-soltu jkun f'Paceville.

More in Qrati u Pulizija