Jifqagħlu tazza fuq rasu minħabba €20

mill-Qorti

Raġel ta’ 59 sena minn San Pawl il-Baħar safa b’widintu mċarrta u wiċċu ’l fuq l-isptar wara li ġie aggredit minn raġel ieħor talli talbu €20 li kien sellfu madwar erba’ ġimgħat qabel.

Dan qalu John Said matul il-kumpilazzjoni kontra Johan Sciberras li wieġeb mhux ħati li kkaġuna feriti gravi lil Said.

L-allegat vittma qal li l-inċident seħħ nhar it-12 ta’ Awwissu għall-ħabta tal-10pm. Huwa spjega li dakinhar daħal fl-Aphrodite Bar fi Triq Sant’ Aristarku, San Pawl il-Baħar, u staqsa lill-imputat għall-€20 li kien sellfu ftit ġimgħat qabel.

Said spjega li Sciberras kien qallu li ma għandux flus biex iħallsu lura, iżda kellu biżżejjed flus biex jixrob. F’mument minnhom, Said avviċina lil Sciberras u qallu “int għandek il-flus għall-birra u għalija m’għandekx?”

F’daqqa waħda, il-vittma spjega, Sciberras qam bil-wieqfa u tah daqqa ta’ tazza tal-birra u ċarratlu widintu. Huwa qal li minħabba f’hekk u daħal l-isptar u soffra ġrieħi gravi fuq wiċċu. 

Il-każ ikompli. 

Il-prosekuzzjoni qed tiġi mmexxija mill-Ispettur Maurice Curmi, filwaqt li l-Avukat David Camilleri qed jidher għall-akkużat. 

More in Qrati u Pulizija