Fr Charles Fenech kien ingħata Ġieħ ir-Repubblika

Il-Patri li bħalissa jinsab Londra ilu 8 snin jiġi investigat mill-Kurja

Fr Charles fenech jingħata l-Ordni tal-mertu fl-2001
Fr Charles fenech jingħata l-Ordni tal-mertu fl-2001

Fl-2001 Patri Charles Fenech kien ingħata ġieħ ir-Repubblika fl-2001 u sar membru tal-Ordni Nazzjonali tal-Unur.

Bħalissa jinsab Londra u mistenni jirritorna aktar tard biex ikun jista' jitla' l-qorti jwieġeb għall-akkużi li qed isirulu minn eks soru li qed tallega li abbuża minnha bi vjolenza sesswali. Sadattant hemm allegazzjonijiet oħra minn xi nisa oħra fejn waħda minnhom qed tallega li ġiet offruta somma ta' eluf ta' ewro minn membru tal-Ordni Dumnikana biex iżżomm ħalqha magħluq, iżda din l-allegat vittma minflok marret dirett bl-informazzjoni għand il-pulizija.

Il-każ li jirrigwarda abbuż sesswali fuq nisa vulnerabbli ta' dan il-patri Dumnikan ilu quddiem il-Curia Response Team għal dawn l-aħħar 8 snin. Il-każ beda meta bħala arċisqof kien hemm Monsinjur Joseph Mercieca u kompla taħt l-arċisqof Dumnikan Pawlu Cremona fejn diversi nisa resqu l-każ tagħhom quddiemu.

Sadattant patri Fenech baqa jmexxi l-Moviment Kerygma u l-istazzjon tar-radju, Radju Marija. Mistoqsija dwar jekk il-Knisja ħaditx passi dwar dan il-patri, kelliem għal kurja qalilna li l-każ għadu pendenti quddiem ir-Response Team tal-Knisja u qalulna li qabel l-akkużat jiġi ppruvat ħati jibqa' innoċenti. Għalhekk ma setax jgħaddi l-ebda informazzjoni dwar il-każ.

Sar magħruf li diġà ġie msejjaħ tliet darbiet il-qorti iżda qatt ma deher għax kellu ċertifikati li kien ma jiflaħx.

More in Qrati u Pulizija