Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

Il-poodle

Lil Fenech qbadnieh jongħos

Staff Reporter / 31 t'Ottubru 2014 09:13
Mort norqod

Ħa jkolli nieħu brejk dan il-weekend għax għajjejt nisma’ ċ-ċuċati. Imma qabel ma nitlaq irrid inħallikom bir-ritratt tal-ġimgħa. Tonio Fenech, f’mument importanti u provokattiv fil-konvenzjoni tal-Partit Nazzjonalista. 

Konvenzjoni li għaliha attenda wkoll Michael Brigulio dak li qal se jitlaq mill-politika. Lil Fenech ngħidlu toqgħodx tinkwieta jekk qed tħoss l-għejja. Jien nista’ nimmaġina xi tfisser li tisma’ erba’ boloh jipprietkaw x’għandkom tagħmlu bħala partit. 

L-iktar, l-iktar meta tafu li intom bħala partit kontu perfetti. Li kieku kellek il-gazz kont tqum u tgħidilhom biex jekk iridu jiggvernaw huma, jaraw huma kemm għandhom bajd. Hux veru? U issa ħa nagħmel bħal Tonio u nintefa’ norqod. Inkun magħkom il-ġimgħa d-dieħla b’iktar dwar kulħadd.

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook