Il-poodle

Simon Busuttil kellu l-platform maż-żarbun! Peppi jbiegħ ruħu għaċ-ċikkulata... Austin Gatt jixrob fin-Nawfragu... Alan Delia beħsiebu joħroġ għall-Kap u l-first lady Michelle Muscat dejjem qed tkun tard!

Iż-żarbuna ta’ Xmun

Iż-żarbuna ta’ Xmun
Iż-żarbuna ta’ Xmun

Veru għandu platform maż-żarbuna Xmun! Rawh fil-konferenza ta’ Ernst & Young liebes platform. Iva Ernst & Young dawk li jiffissaw! Ma nafx kemm hu platform, imma jekk hu hekk x’inhi l-problema miskin? X’hemm ħażin li jkollu daqxejn għajnuna fit-tul? Wara kollox mhux kulħadd għandu d-don tat-tul daqs Konrad Mizzi!

Peppi jbiegħ ruħu għaċ-ċikkulata

Il-warrani ta’ Peppi
Il-warrani ta’ Peppi

U ejja Pepp, mela insejt il-prinċipji? U b’dik iż-żaqq ma taħsibx li mhux ideali li tipprietka l-kult taċ-ċikkulata? Għax jekk ma tafux, Peppi Azzopardi għamel riklam għaċ-ċikkulata tal-Cadbury. U tafux… kanta kanzunetta ta’ Freddie Portelli u spiċċa jżegleg il-patata. Insomma hawn min imut għal flus u hawn min imut għaċ-ċikkulata! U hawn min imut għat-tnejn!

Agostino ta’ Pawlu n-Nawfragu

Agostino jintefa’ n-Nawfragu
Agostino jintefa’ n-Nawfragu

Tgħidulix li qed naqbad miegħu imma kemm niggustah lil Agostino. Smajt kemm iħobb jintefa’ jixrob ġewwa l-bar favorit tiegħu ġewwa l-Belt. Hekk għandu jkun l-iktar meta ma jkollokx x’tagħmel. U aħjar milli toqgħod Marsalforn b’saqajk miftuħin qisek il-pasha. U kif qegħdin fuq il-pasha, ta’ min jgħid… nispera li meta jiġu biex jagħmlu monument lil Agostino, ma jagħmlux bħal ma għamlu lil Guido De Marco u jinjorawh.

Alan for Kap

Alan Delia
Alan Delia

Iva, smajtu sew, Alan Delia l-partner ta’ Georgie Sapiano l-avukat, dak li qatt ma stagħna taħt il-Pinne, qed jaħseb biex jipprova jitfa’ ġismu għal post ta’ kap. Delia kien minn tal-ewwel li deher fuq in-NET jitkellem kontra l-gvern u ma nafx xiex. Nafu wkoll li bħalma jgħid l-Ingliż, behind every man there is a great woman. Imma f’dan il-każ partikolari ma nafux kemm huwa minnu li l-mara greater than the man. Olè!

First lady tard darb’oħra

Il-first lady
Il-first lady

Mela din li first lady tkun tard qed tibda tinkwetani. Kien hemm esebizzjoni ta’ Din l-Art Ħelwa fil-Każin Malti. Il-first lady waslet tard. Iva! Mhux ħames minuti, mhux kwarta, mhux nofs siegħa, mhux tliet kwarti, le, ġiet siegħa tard. U mbagħad biex tgħaxxaq il-Pawlu Pawlin lanqas tgħid ‘skużi.’  Please Mrs First Lady, naf li dawn li jiġu dawn il-wirjiet huma kollha Nazzjonalisti, imma ma jistax ikun li tagħmilli hekk. Għax twaqqagħni għaż-żuffjet biex ma ngħidx għan-nejk!

More in Poodle