Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija Kummerċjali

Il-poodle

Ara vera pinnur dak Lou Bondi! U issa smajt li Giovanna Debono se tintefa' taħdem il-bizzilla. U dak il-vażun b'wiċċ Marie Louise Coleiro Preca x'iridu jgħidu bih?

Staff Reporter / 21 ta' Settembru 2014 11:48
Lou Bondi l-pinnur

Il-pinnur tas-seklu
Kemm ħadt pjaċir nara lil Lou Bondi l-pinnur fuq PBS jitkellem fuq il-brief li tah il-Prim Ministru biex jorganizza l-festi tal-Indipendenza. Bħas-soltu, qisu għamel kollox hu. Kemm għandna memorja qasira hux, sena u nofs ilu dan l-istess ħaġa moħġaġa kien qed jivvomta fuq il-Partit Lejburista. Imma kif jgħidu eks ħbiebu stess is-Sur Bondi għandu prinċipji taż-żeta. Li għoġobni ħafna fid-djarju tal-bieraħ tal-Grand Harbour Spectacle ta’ Lou żatat Bondi, kien il-ħin preċiż ta’ kull avveniment. Pereżempju, 20:13 tasal il-President, 20:34 in-nar… ajma qisu Bondi f’daqqa waħda nduna li għandu arloġġ Svizzeru. Jien kieku ndaħħal ħin ieħor fuq id-djarju, 23:01 fejn ilkoll naqtgħu idejna għas-Sur Bondi, il-pinnur tas-seklu!

Ir-reġina Giovanna

Giovanna Debono
Għandi din l-impressjoni ta’ Giovanna Debono taħdem il-bizzilla. Wara, ovvjament, li qalet li mhux se toħroġ għall-elezzjoni li ġejja. Mument silenzju wara t-telfa ta’ ‘persuna tant inutli’. Imma kieku nippreferi li nara li jkollha statwa kbira hekk kif tidħol l-Imġarr bid-dgħajsa. Taħt kieku jkun hemm miktub il-kliem li ġej bil-Latin: Illa ego, obsequeretur ad me. Li bil-Malti tfisser, ‘Jiena r-reġina, agħtini ġieħ.’ 

Ir-rabja ta’ Mario

Mario de Marco
Kemm ħa għalih Mario de Marco, iva hi b’dawk ‘il-koko’ tal-istamperija li għażlu li jagħtu l-ġenb l-inawgurazzjoni tal-istatwa ta’ Gwido l-missier, mill-makakk Joseph Muscat. Mistħija li f’In-Nazzjon lanqas kellhom id-diċenza jirrapportaw dan l-avveniment sew. Tgħid hemm min għandu għal Marju. Eħħ, tinsewx min jitwieled kwadru ma jmutx rettangulari. U tafux, l-istamperija darba kienet il-bejta tal-iktar nies malizzjuzi u ħodor.

L-Aġent Kummissarju 

Ray Zammit
Iva prosit kbira lill-Aġent Kummissarju Ray Zammit, mistagħġeb kemm saru avvanzi fil-Pulizija wara li ngħata l-ġenb il-Pietru Pawl Zammit. Eħħ wara kollox forsi dak li għandhom bżonn il-Pulizija xi ħadd konservattiv u strett bħal Ray Zammit. Forsi ma jafx jitkellem bil-Latin bħal Pietru Pawl, imma tal-anqas jaf imexxi b’aktar għaqal.

Il-vażun ta’ Marie

Il-vażun b’wiċċ il-President
Min il-madoffi ħareġ bl-idea li jagħmel vażun taċ-ċeramika bil-wiċċ ta’ Marie Louise Coleiro. U dan biex ituh rigal. Mur ara x’se jagħmel bih Prinċep William kieku jispiċċa b’xi vażun b’wiċċ il-President! Hemm ħafna suġġerimenti, tistgħu tagħżlu minn hawn taħt:

(1)    Iżommu fil-ġnien bħala ash tray enormi

(2)    Iżommu bħala reċipjent għas-sufra tal-fliexken tax-xampanja

(3)    Tintuża bħala target għal Prince Harry minflok ma jispara għal xi għasfur

(4)    Jingħata lit-Tate Museum bħala eżempju ta’ arti medjokri!

(5)    Tużah bħala pixxatura Rumana

Jekk tisma’ xi ħaġa interessanti għidhieli. Jekk tilmaħ lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bil-mowbajl. Ibgħat imejl fuq [email protected]

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook