Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

Il-poodle

Therese Comodini Cachia u Francis Zammit Dimech tawni wisq gost. U miskin Austin waħdu waħdu, solu solu. Miskin Norman Vella tgħidx kemm ħa gost meta Marlene Farrugia qabżet għalih... u kemm hu rrabjat Joe Cuschieri !

Staff Reporter / 18 t'Awwissu 2014 12:07
It-Tereżina u ż-Zammit Dimech

Therese Comodini Cachia
Francis Zammit Dimech
Erġajt qomt mir-raqda, din il-ħalba xita tgħini mhux ħażin. Kemm għoġobni Francis Zammit Dimech meta kien qed jaħdem għall-kumpanija li xtaqet tagħmel ix-xogħol minflok Henley. U kemm ħadt pjaċir nara lil Therese Comodini Cachia l-kandidata tal-PN tirrappreżenta l-istess kumpanija. Ħa ngħidlek trid tkun tajjeb u ipokrita li tkun f’partit li kontra l-ħruġ ta’ passaporti u mbagħad taħdem għal min irid joffri l-Gvern Malti skema għall-passaporti. Lil Francis u lil Therese ngħidilhom ‘give me five.’

Austin miskin

Austin Gatt, jaħasra.
Ħassejt għafsa ta’ qalb meta rajt lil Austin Gatt fuq il-vapur u ma jkellmu ħadd. U jaħasra x’ħasra. Kemm hu kiefer il-bniedem. Lil Austin ngħidlu, jien jekk narah żgur inkellmu. Anzi nigdmu u jekk irid nbullu ma’ saqajh. Għoddni niftakar meta ġie d-dar fejn kont qed noqgħod u minflok ma daħal, dar fuq il-kanvasser tiegħu u qallu: “Hawn ma nidħlux, għax dawn jivvutawli u ma rridx naħli ħin.” Spiċċajna ma tajnihx il-vot u minflok tajnih lil Jean Pierre t-tabib u komplejt fuq il-Lejber.

Marlene, Marlene

Marlene Farrugia
Norman Vella
Qed jgħiduli li Norman Vella tgħidx kemm feraħ meta Marlene Farrugia fetħet… ħalqha u qabżet għalih fuq Facebook. U tgħidx kemm innutaw x’qalet Marlene li darba kienet Lejburista, imbagħad meta żżewġet lil JPO saret Nazzjonalista u issa reġgħet daret u saret Lejburista. Smajt, u jien nisma’ ħafna, li ta’ Kastilja mhux sejrin sew bil-paroli l-vojt tagħha u għalhekk aħjar tibda tgħodd għal meta jkun hemm reshuffle ieħor u hi terġa’ tibqa l-art.

Ir-rabja ta’ Joey

Joe Cuschieri, tgħidx kemm hu rrabjat!
Kemm hu rrabbjat Joe Cuschieri għall-fatt li l-Partit (tal-Lejber) qed jappoġġja lil Miriam Dalli u Cyrus Engerer. Cuschieri ma qagħadx jomgħod kliemu. Qal li aħjar tkun t**** u Nazzjonalist għax iktar hemm ċans li titla’ l-iskaluni. Instema’ jgħid ukoll li mhux sew li dawn ikollhom programm fuq it-televixin u r-radju. Iżda ovvjament kulħadd injora lil Cuschieri – għax bejnietna Kastilja ma tantx jikkunsidrawh xi star.

Anne Fenech b’żewġt irjus

Anne Fenech, f'dar-ritratt ġie b'ras waħda...
Kemm ħadt pjaċir li Fenech qed tirrapreżenta dawk il-qabda Għarab mill-Kuwait. Ikolli ngħid li s-sinjura Fenech taf kif imorru l-affarijiet.Tant hu hekk, li meta tiġi għal-lobbying mal-politiċi d-dottoressa Fenech hija minn tal-ewwel li taf minn fejn għandha tgħaddi. Ikun interessanti jekk din marritx xi laqgħa ma’ dawn l-Għarab ma’ xi ministru tal-Gvern Laburista. Jekk marret lanqas dubju m’għandi li kieku tibda ż-żjara billi tgħid hekk: “Ello, jien mhux qiegħda hawn taħt il-kappell tal-President tal-Eżekuttiv tal-PN, jien qiegħda hawn bħala avukata. U ma hemm ebda forma ta’ kunflitt. U jien jekk inkun kostretta nagħżel bejn flus u politika, nagħmel l-oppost li għamel il-ħabib tar-raġel tiegħi, Franco Mercieca.

Il-bravu James Piscopo

James Piscopo
Naħseb li Piscopo issa mhux kontra l-iżvilupp fix-Xemxija hija prova ta’ kemm Piscopo huwa bniedem preparat u onest. Għax kieku ma kienx preparat kien jattendi għal-laqgħa tal-MEPA u juri l-impatt ta’ 700 appartament fuq it-trasport u t-traffiku. U kieku kien diżonest kien jipproteġi l-interessi ta’ dawn il-Kuwaitis u ovvjament l-aħwa Montebello. U għalhekk li nifhem li Piscopo l-eks CEO tal-Lejber baqa’ ma qal xejn u ma oġġezzjonax għall-iżvilupp fil-Mistra.

Jekk tara xi ħaġa interessanti ibgħatuhieli. Jekk tara lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bil-mobajl.  Ibgħat lil [email protected]

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook