Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija Kummerċjali

Zammit Lewis u yes minister

3 ta' Lulju 2014 11:05
Zammit Lewis that sexy boy
Kemm iħobb jippoża Zammit Lewis, u kemm jieħu pjaċir li meta jasal bil-karozza jkun ix-xufier li joħroġ u jiftaħlu l-bieb. Hekk għandu jkun, ministru għandu jkun rispettat u x-xufier għandu jkun bħalma suppost ikun: tapit. Iva tapit, għax iriduhom. Apparti hekk irrid ngħid li veru qed nieħu pjaċir li t-turiżmu sejjer tajjeb. Imma frankament ikolli ngħid li naħsibx li dan dovut għal moħħ ta’ Zammit Lewis, u lanqas għal dak il-bravu Gavin Gulia jew għal dak l-għaref ta’ Salamun, Formosa Gauci. Bejnietna naħseb li kollox qed jiġri għax l-Ewropa ħarġet mir-riċessjoni, bl-inkwiet fl-Eġittu u fis-Sirja aħna dejjem immorru tajjeb.

Bundy, O Bundy

John Bundy mhux giddieb iżda viżjonarju
Mela kont qed nara t-televixin, u smajt lil Peppi Azzopardi waqt Xarabank li wara li reġa’ għamel programm biex jerġa’ għal ma nafx kemm-il darba jiġbor il-flus, qal li qed jieħu pjaċir li John Bundy qiegħed hawn minkejja li ommu qiegħda l-isptar. Jaħasra. Verament nobbli imma mbagħad mort niċċekkja u sibt li omm Bundy mhux veru kienet l-isptar. Imbagħad ftakart li Bundy mhux giddieb, mhux jimmaġina, huwa sempliċiment viżjonarju, li sar jemmen il-gideb tiegħu.

Rikkardu, Rikkardu

RCC lest isir kummissarju 10 snin oħra
Rajtu tafux il-qorti! Dak l-għażiż tiegħi Rikkardu Kaka Caruana. U ftakart fih għax Dalli, iva Dalli John qal fil-qorti li meta Gonzi kien offrielu li joqgħod kummissarju qal, wara Rikkardu, (dak li jħobb jitħabbeb ma’ Karol Aquilina u l-preżentattriċi fil-PBS), kien qallu li Cachia Caruana kien issuġerrixxa li hu, (Dalli) ikun kummissarju. Ajma, nista’ nimmaġinaha din. U li nista’ nimmaġina li Rikkardu li ftakru qatt ma jħobb juri idejh għandu u qatt għandu interess fil-post ta’ Kummissarju. Tant li dan l-aħħar, waqt li kien qed jonħor bil-lejl tah ħmar il-lejl u beda jgħid: “Nistenna għaxar snin u meta nerġgħu nitilgħu nsir kummissarju. U bħala chief of staff nagħmel DEFFFFFNI Brrrr.” Imbagħad raqad u reġa’ beda jonħor. Brrrrrrrrrr!! Emminha jekk int għaġeb.

Ferħanin għal Juncker

Muscat iħobb il-Junkie
Kulħadd ferħan li Juncker laħaq minflok Barroso dak il-qasir Portugiż. Anki Muscat, ara vera ma jafux kemm se jtellef aktar nies milli jkomplu jitilfu interess fl-Ewropa. Imma Muscat bħal kumplament tas-soċjalisti għażel li jgħid iva għal Juncker, persuna li żgur mhux se jagħmel differenzi kbar u se jġiegħel aktar nies jew li ma jivvutawx jew inkella jivvutaw għal xi miġnun bħal Le Pen… u le Lowell miġnun. Anzi għal xi bravu bħal Lowell.

Franku Debono

Il-kbir Franku Debono
Kemm sar importanti Franku Debono maġenb Owen Bonnici l-ministru ta’ għajnejh sbieħ u mhux f’wiċċu, b’dak il-ġlekk griż waqt il-preżentazzjoni tal-liġi dwar il-finanzjament tal-partiti. Kapulavur liema bħalu li se jirregola l-partiti biex jivvintaw metodi oħra kif idaħħlu l-flus. Għax il-bravu Debono, dilettant tal-kanarini u l-pitazzi tal-Form 2, ma ħasibx li jissuġerrixxi li l-partiti jirċievu għajnuna finanzjarja mill-Gvern bħalma jiġri barra minn Malta. Għax suġġeriment bħal dan ma jaqblux miegħu l-kbarat. Li naf jien hu, li mingħajr flus la tgħannaq u lanqas tbus u ċerti fondi mhux se jidħlu, jekk se jkunu jidhru. U wara dawn il-kliem tad-deheb, ngħidu flimkien Ole, Ole!

Inspire ma jispirawx

Ħabib jew aħjar ammiratur bagħatli dan ir-ritratt ħdejn ir-razzett tal-ħbiberija fi Marsascala. Bil-pulit ngħidilkom ‘clear up, clear up.’

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook