President Myriam Spiteri Debono b’appell għal paċi fuq livell lokali u internazzjonali

Il-President il-ġdida fetħet id-diskors billi rringrazzjat il-membri tal-Kamra tar-Rappreżentanti u dawk preżenti, u saħqet li tinsab kburija li bħala Għawdxija qed tokkupa l-kariga Preidenzjali, liema kariga ġiet approvata miż-żewġ naħat tal-Parlament.

Il-President tindirizza n-nazzjon barra l-Palazz tal-Gran Mastru (Ritratt: James Bianchi / ILLUM)
Il-President tindirizza n-nazzjon barra l-Palazz tal-Gran Mastru (Ritratt: James Bianchi / ILLUM)

Fl-ewwel messaġġ tagħha bħala President ta' Malta, in-nutar Myriam Spiteri Debono wasslet messaġġ ta’ paċi u fakkret fl-irwol kruċjali li pajjiżna jokkuppa, bħala “strument ta’ paċi”. Dan filwaqt li appellat għal iktar għaqda u widnejn miftuħin lejn perspettivi differenti.

Il-President għamlet enfasi fuq l-irwol tal-pajjiż fil-kunflitti preżenti, bħala strument tal-paċi, fosthom bil-ħatra tas-siġġu tal-OSCE.

Sostniet li għandna ngħinu lill-proxxmu li jitħalla mingħajr għażla għajr li jaħrab minn pajjiżu. Saħqet li l-immigranti għandna inħaddnuhom u nifmuhom, u mhux nużawhom għal skopijiet finanzjarji.

Matul id-diskors Spiteri Debono saħqet fuq l-importanza li tkompli l-ħidma tal-emendi kostituzzjonali.

Hija appellat biex il-poplu, speċjalment politikanti, jiftħu widnejhom u idejhom u jisimgħu il-perspettivi diffetenti ta xulxin. “Biex naħdmu irridu nifhmu lil xulxin” saħqet il-President. 

Barra minn hekk hija appellat għal maturita fil-politika, speċjalment meta issir deċiżjoni ta’ bidla u saħqet li minflok issir kritika ta’ ‘U-turn’, dan għandu jiġi rrikonnoxut aktar milli kkritikat.

“Għad baqa xi jsir” saħqet il-President, filwaqt li semmiet żewġ inkjesti pubbliċi riċenti, l-inkjesta taż-żgħażugħ Jean Paul Sofia u tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Filwaqt li faħħret il-ħidma għal ġustizzja, fakkret li hemm bżonn li "l-episodji koroh tal-pajjiż" jingħalaqu darba għal dejjem. Hija estendiet id-diskors tagħha u qalet li l-midja għandna tiġi stmata u rrispettata hekk kif hija r-raba’ pilastru tas-soċjetà. 

Il-President semmiet ukoll vizzju ikrah, "agħar minn dak tad-droga," il-vizzju tal-kilba tal-flus u sostniet li dan il-vizzju jissarraf fil-korruzzjoni.

"L-insegwiment bla waqfien tal-kilba tal-flus, aktar spiss milli le, jissarraf f’diversi forom ta’ korruzzjoni" saħqet il-President.

Il-President fakkre fl fl-importanza tal-iżvilupp tal-edukazzjoni, speċjalment il-ħsieb kritiku u sostniet li ġenerazzjonijiet tal-futur għandhom jingħataw opportunitajiet biex jissawru fl-isbuħija tal-pajjiż u l-lingwa Maltija li hija tant unika. 

Finalment il-President għalqet u wiegħdet li ser tagħmel l-għalmu tagħhha biex isservi l-kariga ta’ President għal ħames snin li ġejjin.

More in Politika