Alex Agius Saliba nominat għal premju ‘Youth Champion of the mandate

Alex Agius Saliba huwa l-uniku Ewroparlamentari Malti nominat għal premji ta’ din is-sena, kif ukoll u l-uniku MEP Malti nominat fl-erba’ edizzjonijiet kollha tal-premjijiet matul dan it-terminu

L-Ewroparlamentari Alex Agius Saliba ġie nominat għal Youth Champion of the Mandate award mill-Parliament Magazine għax xogħol tiegħu f’dawn l-aħħar ħames snin.

Barra minn hekk huwa l-uniku Ewroparlamentari Malti għal premji ta’ din is-sena u l-uniku  MEP Malti nominat fl-erba' edizzjonijiet kollha tal-premjijiet.

Fis-snin ta’ qabel huwa rċieva nominazajonijiet għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, is-Saħħa u l-Benessri, u l-Istrateġija Diġitali u l-premjijiet tas-Suq Uniku.

Ta’ 36 sena, Agius Saliba ġie elett bħala Viċi President tal-grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi.

Huwa kiseb prominenza għall-promozzjoni tiegħu għal ċarġer komuni għal apparat diġitali, kampanja li ffaċċjat oppożizzjoni minn negozji ewlenin tas-suq, notevolment Apple. Barra minn hekk, huwa ġie rikonoxxut bħala l-35 MPE l-aktar influwenti u elenkat fost l-"20 MPE biex issegwi" minn Politico.

Riċentement, il-promozzjoni ta’ Agius Saliba għall-kampanja “right to disconnect” wasslet għal suċċess hekk kif il-Kummissjoni Ewropea rrikonoxxiet il-ħidma tiegħu u impenjat ruħha li timplimenta l-proposta f’direttiva.

Fuq il-faċċata lokali, Agius Saliba huwa magħruf għall-appoġġ tiegħu għall-preservazzjoni tat-tradizzjonijiet Maltin. Riċentement, huwa beda investigazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea dwar abbużi potenzjali minn kumpaniji fis-settur tal-bejgħ bl-imnut tal-ikel li jgawdu monopolji de facto, li rriżultat f’diversi importaturi qablu li jnaqqsu l-prezzijiet bi 15% u jiffriżawhom għad-disa’ xhur li ġejjin.

Agius Saliba esprima gratitudni għan-nomina tiegħu għall-premju ‘Youth Champion of the Mandate’ u jistenna bil-ħerqa l-leġiżlatura li jmiss

 

More in Politika