Baġit 2024| Il-PM jwiegħed li jinġabru fondi f’każ ta’ diskrepanza fil-kuntratt tal-isptarijiet

Waqt il-Konferenza tal-aħbarjiet, il-PM semma numru ta’ investimenti mill-baġit tal-2024, filwaqt li qal li se jinġabru fondi minn VGH/Stewards f’każ li tinstab xi diskrepanza

Il-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana, ippreżentaw il-baġit ta’ Malta għas-sena li ġejja 2024, filwaqt li enfasizza li huwa baġit msejjes fuq l-aspirazzjonijiet tal-poplu Malti.

Il-Prim Ministru Abela enfasizza miżura ewlenija waħda, il-mekkaniżmu addizzjonali għall-għoli tal-ħajja, li se jibbenefikaw madwar 95,000 familja. Huwa pprovda eżempji ta’ kif dan se jkollu impatt fuq familji differenti, inklużi koppji, pensjonanti u familji bit-tfal, u wera l-appoġġ finanzjarju li se jirċievu.

Il-Prim Ministru Abela enfasizza l-importanza li jitrawwem it-tkabbir ekonomiku u jissaħħu l-ħiliet u l-opportunitajiet disponibbli għall-ħaddiema Maltin u Għawdxin. Huwa qal li l-impenn tal-Gvern hu li jħeġġeġ lin-nies sabiex jibqgħu fis-suq tax-xogħol, fothom billi jgħammarhom bl-għodda meħtieġa biex jilħqu l-aspirazzjonijiet tagħhom.

Meta mistoqsi mill-ġurnalisti rigward l-infiq tal-Gvern biex jitmexxa l-isptar t’Għawdex u kif huwa stmat li jiswa sebgħa miljun ewro inqas minn kemm kienu talbu Steward, il-Prim Ministru Abela qal li jekk hemm diskrepenza bejn dak li rċevew fi flus u li taw lura f’servizzi VGH/Steward, il-fondi se jinġabru lura permezz tal-pozizzjoni li ha l-gvern fl-arbitraaġġ internazzjonali. 

More in Politika