Muscat iwaħħal f'ħaddieħor fl-Iskandlu

L-ex Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-falliment tal-ftehim fuq l-isptarijiet kien minħabba interessi moħbija li opponew il-modernizazzjoni tal-Kura tas-Saħħa Nazzjonali

Joseph Muscat u l-Kap Eżekuttiv ta’ Steward Healthcare Armin Ernst (lemin) wara li l-konċessjoni tal-isptarijiet għaddiet lill-kumpanija Amerikana
Joseph Muscat u l-Kap Eżekuttiv ta’ Steward Healthcare Armin Ernst (lemin) wara li l-konċessjoni tal-isptarijiet għaddiet lill-kumpanija Amerikana

Joseph Muscat, l-eks Prim Ministru ta’ Malta, attribwixxa l-falliment tal-ftehim tal-isptarijiet Steward Hospitals fuq “interessi moħbija” li opponew l-modernizazzjoni u l-kontabilità. Fi stqarrija konċiża fuq il-paġna ta’ Facebook, Muscat żamm lura milli jidentifika lil dawk b’interessi personali, iżda sostna li r-rinunzji maħruġa fuq livell politiku kienu maħsuba biex jindirizzaw kwistjonijiet li qamu waqt il-proġett.

Il-Qorti tal-Appell riċentement affermat il-verdett inizjali, u ddikjarat li l-ftehim kuntrattwali huwa null u bla effett, dan minħabba tragwardi mhux milħuqa. Barra minn hekk żvelat li hemm kollużjoni bejn entitajiet governattivi u l-kumpaniji privati involuti, inizjalment Vitals u aktar tard Steward.

Muscat enfasizza li l-ftehim kellu l-potenzjal li jissarraf f'bosta benefiċċji, u fakkar fis-suċċess tal-Iskola Medika ta’ Barts f’Għawdex. Huwa qies it-tranżizzjoni minn VGH għal Steward bħala pass il-quddiem sinifikanti u opportunità għal bidla trasformattiva fil-kura tas-saħħa pubblika. Madankollu, irrikonoxxa li l-progress seta’ ma kienx malajr daqs kemm kien maħsub.

Huwa qal, "Madankollu, kien hemm numru ta’ sfidi li xekklu r-realizazzjoni sħiħa tal-proġett. Interessi moħbija li jopponu l-modernizazzjoni u l-kontabilita fis-setturi nazzjonali tas-saħħa, kellhom irwol sinjifikanti biex ifixxklu l-implimentazzjoni sħiħa ta’ dan il-Public-Private Partnership (PPP).

Waqt l-amministrazzjoni ta’ Muscat, tliet sptarijiet pubbliċi – L-Isptar ta’ Għawdex, San Luqa, u Karin Grech – ingħataw b’konċessjoni lill-entità mhux magħrufa Vitals Global Healthcare (VGH) wara talba għal proposti. Dubji dwar l-integrità tal-proċess tat-tendering tqajmu mill-Awditur Ġenerali, hekk kif l-investituri ewlenin fil-VGH qabel kienu ffirmaw MOU mal-Gvern għall-privatizzazzjoni parzjali tal-isptarijiet ta’ Għawdex u San Luqa.

Il-VGH naqset milli twettaq l-impenn tagħha li tinvesti €200 miljun fil-bini ta’ sptar ġdid ta’ Għawdex u rinovazzjoni fl-isptar ta’ San Luqa, b’hekk il-konċessjoni ġiet trasferita lill-kumpanija Amerikana tal-kura tas-saħħa Steward. Sussegwentement Steward fittex li jerġa’ jinnegozja l-ftehim u daħal f’side agreement mal-ex Ministru Konrad Mizzi fis-sajf tal-2019. Dan il-ftehim sekondarju poġġa r-responsabbiltà fuq il-Gvern li jħallas penali ta’ €100 miljun jekk il-Qrati jannullaw il-kuntratt. Il-każ infetaħ mill-Kap tal-Oppożizzjoni ta’ dak iż-żmien, Adrian Delia, fi Frar wassal għall-annullament tal-ftehim, bid-deċiżjoni tkun ikkonfermata fl-appell din il-ġimgħa.

More in Politika