Abela jaħrab milli jagħti tort lil Muscat

Il-Prim Ministru Robert irrifjuta li jikkundanna l-azzjonijiet tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat u dawk tal-gvern tiegħu, wara l- kollużjoni li ġrat bejn il-gvern t’issa u Steward Healthcare fil-ftehim frawdolenti ta’ privatizzazzjoni tat-tliet sptarijiet

Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech (Xellug) u l-Prim Ministru Robert Abela (lemin)
Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech (Xellug) u l-Prim Ministru Robert Abela (lemin)

Il-Prim Ministru Robert Abela u l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech kellhom dibattitu fil-parlament nhar it-Tnejn, hekk kif il-Kamra ddiskutiet id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell li kkonfermat it-tħassir tal-ftehim tal-isptarijiet

Abela kien qed jirreaġixxi għal dak li inqtal mill-Qorti tal-Appell dwar l-annullament tal-ftehim ta’ privatizzazzjoni tal-gvern, fejn l-imħallfin inkwistjoni qalu li l-gvern ikkolluda ma’ Vitals/Steward, fejn kiser id-dmirijiet tiegħu lejn il-pajjiż u l-elettorat.

Grech akkuża lil Abela  li hu “kriminali u frodist” filwaqt li Abela akkuża lill-Kap tal-PN jagħmel dak li jaqbel lilu biss.

Grech qal li meta il-PL ġie eletti fl-2013 bdew jippjanaw li jqarrqu lill-Maltin u l-Għawdxin. Huwa kompla jgħid li imbagħad ftit ġimgħat wara li nfetħu l-kontijiet offshore, tnieda l-pjan. Grech qal li s-sentenza tat-Tnejn tat lill-gvern “l-akbar ċertifikat ta’ kriminalità, frodi, kollużjoni u kriminalità” kontra l-Maltin.

Grech qal li l-fatt li Abela qed jiddistanza ruħu mill-involviment tiegħu fil-ftehim fisser li kien qed jiddieħaq bl-eks Prim Ministru Joseph Muscat, bil-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne u b’Chris Cardona.

Min-naħa l-oħra Abela saħaq li l-gvern ma stennix is-sentenza tat-Tnejn qabel ma ħa lura l-isptarijiet li qabel kienu taħt it-tmexxija ta’ Steward.

Abela sostna li s-sentenza dwar il-ftehim tal-isptarijiet Steward isaħħaħ il-pożizzjoni tal-gvern fil-proċeduri ta’ arbitraġġ li beda kontra Steward fil-Kamra Internazzjonali tal-Kummerċ, immirati biex jirkupraw il-fondi maħruġa mill-gvern.

Huwa ċaħad ukoll it-talba li l-gvern ma ħa l-ebda passi biex jibda proċeduri għall-irkupru ta’ fondi mħallsa lil Steward, filwaqt li enfasizza li każ bħal dan diġà ġie rrappurtat u bħalissa għaddej fi ħdan il-qafas tal-Kamra Internazzjonali tal-Kummerċ.

Il-PM enfasizza li jekk ikun determinat li Vitals Global Healthcare jew is-suċċessuri tagħhom, Steward, irċevew ħlasijiet bi skambju għal servizzi jew investimenti li ma twettqux b’mod adegwat, il-gvern huwa kommess li jieħu lura dawk il-fondi.

Abela, meta mistoqsi minn ġurnalist tal-MaltaToday jekk jikkundannax l-azzjonijiet tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat, huwa sostna li l-qorti rreferiet għar-rapport tal-Awditur Ġenerali u ma ħarsitx lejn individwi. Il-prim Ministru Abela ġie mfakkar li l-qorti qalet b’mod ċar kienet saret kollużjoni mal-gvern ta’ Muscat.

Abela wieġeb, “Ir-rapport tal-Awditur Ġenerali għamel referenza ċara għal min qed jirreferi u għal min mhux qed jirreferi.” Abela qal lill-midja għal, "waħda mill-ewwel deċiżjonijiet tiegħi fl-2020 u int se tasal għaliha waħdek."

Waħda mill-ewwel azzjonijiet ta’ Robert Abela fl-2020 kienet it-tkeċċija ta’ Konrad Mizzi mill-grupp parlamentari tal-PL, kif ukoll mill-partit innifsu.

Meta wieġeb għall-mistoqsijiet tal-midja dwar ir-responsabbiltà, Abela qal li diġá ttieħdet responsabbiltà għal dak li ġara.

Intant, il-Membri Parlamentari tal-gvern saħqu l-istess ħaġa nhar it-Tnejn, b’numru minnhom jirrepetu l-istqarrija tal-gvern maħruġa aktar kmieni nhar it-Tnejn. Meta mistoqsi jekk il-gvern tal-PL ta’ dak iż-żmien kienx ittradixxa lill-poplu Malti jew le, il-Ministru tal-Ġustizzja, Jonathan Attard wieġeb billi qal li l-gvern ħa l-azzjonijiet meħtieġa u ħa l-kontroll tal-isptarijiet inkwistjoni. Min-naħa l-oħra l-Ministru Owen Bonnici qal li l-azzjonijiet diġá ttieħdu.

Il-Membri Parlamentari Laburisti kienu wkoll evażivi dwar kif il-gvern beħsiebu jirkupra l-flus li nefqu fuq il-ftehim frawdolenti tal-isptarijiet.

More in Politika