'L-istabbilità fil-prezzijiet kienu kruċjali biex tittaffa l-inflazzjoni' - Il-Prim Ministru

Il-Prim Ministru iltaqa’ mal-Assoċjazzjoni tal-Istabbilimenti u tal-Catering fejn saħaq fuq l-importanza li l-prezzijiet tal-enerġija jinżammu stabbli

Il-Prim Ministru Abela wiegħed li l-prezzijiet stabbli tal-enerġija se jiffumaw parti importanti mill-politika tal-ekonomija tal-Gvern.

Waqt laqgħa mal-Assoċjazzjoni tal-Istabbilimenti u tal-Catering, l-ACE, f’Tas-Sliema, il-Prim Ministru Robert Abela saħaq li l-istabbilità fil-prezzijiet tal-enerġija lagħbu rwol importanti sabiex jitaffa l-impatt tal-inflazzjoni.

Il-Prim Ministru Abela kien qed imexxi delegazzjoni tal-Gvern li inkludiet il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo, Segretarju Parlamentari Andy Ellul u l-backbencher Laburist Omar Farrugia waqt laqgħa ta’ konsultazzjoni qabel il-baġit.

“Il-Gvern se jkompli jkun ta’ għajnuna għan-negozji u familji billi jżommm mal-politiki tiegħu ta’ enerġija stabbli, huwa imortanti li nibqgħu nissaportuhom sabiex niġġieldu kontra l-inflazzjoni” saħaq Abela.

Għal dawn l-aħħar sentejn, il-Gvern issusidja il-prezzijiet tal-enerġija, fuel, gass u ċereali sabiex jitaffa l-impatt tal-inflazzjoni. Iktar minn €300 miljun intefqu biex inżammu stabbli l-prezzijiet matul is-sena l-oħra.

“Irridu nsibu bilanċ bejn il-kwantita u l-kwalità biex niżguraw settur li jkun sostenibbli," qal Abela.

"Irridu ntejbu wkoll il-ħiliet fost il-ħaddiema tat-turiżmu, irridu niżguraw ukoll li l-ħaddiema barranin, fejn huma verament meħtieġa, għandhom ikollhom ħiliet aħjar,” kompla jgħid Abela.

Il-laqgħa mal-ACE hija parti minn sensiela ta’ laqgħat ta’ konsultazzjoni li qed ikollu l-Prim Ministru fit-tħejjija għall-baġit, li se jiġi ppreżentat fit-30 ta’ Ottubru.

More in Politika