Grech jgħid li l-privat għandu jingħata tax relief fuq il-COLA biex jittaffa l-għoli tal-ħajja

L-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech qal li negozji privati għandhom jingħataw tax credit sabiex jitwaqqaf ċiklu vizzjuż fejn l-għoli fil-COLA qed jikkawża prezzijiet għola

Il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech intervistat fuq NET TV
Il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech intervistat fuq NET TV

L-Kap Nazzjonalista Bernard Grech saħaq li l-mekkaniżmu tal-COLA addizjonali m’għandux jiġi ntaxxat.

Dan fl-isfond ta’ dak li qalet l-Unjon Ħaddiema Maltin fejn qalet li l-Gvern m’għandux jintaxxa ż-żieda fil-COLA, xi ħaġa li “l-Partit Nazzjonalista jaqbel magħha” sostna Grech.

Filfatt fuq il-programm Xtra li xxandar it-Tnejn li għadda, l-imsieħba soċjali lkoll qablu li l-COLA mgħandix tiġi ntaxxata. Iżda skont l-UĦM, l-Gvern qed jirriżisti li jikkunsidra l-proposta minkejja li l-unjons kolla jaqblu li din il-proposta għandha titwettaq.

Intervistat fuq NET TV, Grech ikkwota lill-imsieħba soċjali u saħaq fuq l-importanza li “jitnaqqas il-piż finanzjarju” fuq iċ-ċittadini, speċjalment f’dawn iż-żminijiet fejn l-poplu qed iħoss id-daqqa tal-għoli tlal-ħajja.

“Hekk il-Gvern se jagħti 13-il Ewro, mhux aċċetabbli li l-Gvern jeħodlok it-taxxa fuq dawk it-tlettax-il Ewro”, saħaq Grech.

Għalhekk, Grech sostna li dan huwa “ċiklu vizzjuż” fejn il-COLA mill-privat qed twassal għal-prezzijiet iktar għoljin, prezzijiet li attwalment qed ibgħatuhom l-konsumaturi.

“Lill-imgħallem tiegħek ser nagħtuh tax credit biex ngħinuh jilqa’ għal dak l-impatt,” sostna Grech

Rigward l-Air Malta, similarjament bħal dak li jemmen il-Gvern, Grech enfasizza l-importanza li pajjiżna jkollu Linja Nazzjonali.

Filwaqt li ammetta li amministrazzjonijiet tal-passat għamlu żbalji u ommissjonijiet, Grech qal li kien hemm diversi sfidi li affaċjat l-Air Malta fil-passat, fosthom fl-2012 meta l-isfidi ekonomiċi kienu ta’ sfida kbira għall-Linja tal-Ajru fosthom minħabba l-prezz għoli tal-fuel tal-ajruplani.

“Kellha Gvern Nazzjonalista li bid-diffikultajiet kolla, anki bl-iżbalji li setgħu saru, irnexxielna nżommuha għadejja” qal Grech filwaqt li semma’ kif fl-2012 kien Gvern Nazzjonalista li laħaq ftehim mal-Kummisjoni Ewropeja biex l-Air Malta jkollha pjan ta’ sostenn. Huwa enfasizza fuq din id-differenza bejn l-amministrazzjoni Nazzjonalista u dik Laburista fejn skont Grech “kellna l-kreddibiltà, kellna r-reputazzjoni, konna stmati, il-kelma tagħna kellha piż f’pajjiżna u allura meta morna bil-pjan, emnuna u aċċetaw dak il-pjan.”

Grech esprima d-diżappunt tiegħu fuq kif tmexxiet l-Air Malta, b’mod partikulari mill-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana, li skont Grech kien diżonest u inkonsistenti.  

More in Politika