Il-Partit Nazzjonalista jakkuża lil Andy Ellul li abbuża minn fondi pubbliċi

Il-Partit Nazzjonalista qed jgħid li s-Segretarju Parlamentari Andy Ellul inqabad juża flus tal-Gvern biex jagħmel reklami politiċi favur tiegħu

Il-Partit Nazzjonalista qed jakkuża lis-Segretarju Parlamentari Andy Ellul li nqabad juża fondi pubbliċi biex jagħmel reklami politiċi favur tiegħu.

Permezz ta’ stqarrija l-Partit Nazzjonalista kompla jgħid li s-Sibt, 28 ta’ Settembru, 2023, fuq is-sit soċjali Facebook beda jidher reklam imħallas, li kien forma ta’ filmat awdjo-viżiv, tas-Segretarjat Parlamentari għad-Djalogu Soċjali fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, li hu responsabbli għalih is-Segretarju Parlamentari u Deputat Laburista Andy Ellul.

Finalment huma qalu li d-Deputati Nazzjonalisti Karol Aquilina u Ivan Castillo talbu lill-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika biex jinvestiga.

More in Politika