Il-Pulizija ċċanfar lil omm Jean Paul Sofia wara li waħħlet strixxun barra l-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija

Il-Pulizija ċanfret lil Isabelle Bonnici għal dak li sejħet bħala vandaliżmu, wara li indirizzat lill-midja u anke nediet kampanja ta' ġbir ta' fondi għall-kawża tagħha

Omm Jean Paul Sofia, Isabelle Bonnici ngħatat ċanfira mill-Pulizija fuq vandaliżmu, wara li waħħlet strixxun fuq barra tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Furjana.

Dan hekk kif Bonnici kienet qed issejjaħ għall-ġustizzja ma' binha li miet f'sit ta' kostruzzjoni f'Diċembru li għadda wara li sfronda bini li kien qiegħed jaħdem fih.

Fl-4:00 l-Erbgħa, Bonnici nediet ukoll kampanja ta' ġbir ta' fondi b'risq il-missjoni tagħha. F'diskors qasir, hija appellat lill-Gvern u l-Kummissarju tal-Pulizija sabiex issir inkjesta pubblika dwar il-mewt ta' binha. "Irrid li kull inkjesta li ssir fuq il-post tax-xogħol tkun ippubblikata ħalli ħadd ma jgħaddi minn dak li qed ngħaddu aħna," stqarret Bonnici, filwaqt li appellat ukoll għal aktar liġijiet u infurzar fis-settur tal-kostruzzjoni.

Hija temmet billi qalet li ma tridx li binha jkun miet għal xejn. 

Il-kampanja ta' ġbir ta' fondi hija aċċessibbli b'mod diġitali, u wieħed jista' jagħmel id-donazzjonijiet tiegħu minn fuq is-sit https://gogetfunding.com/justiceforjeanpaulsofia/ 

More in Politika