Il-Partiti Politiċi qed jaħbu d-donazzjonijiet

Donazzjonijiet liż-żewġ Partiti politiċi ewlenin moħbija minħabba mekkaniżmi ta’ ħlas ta’ pagi lill-ħaddiema

Il-Partiti politiċi ewlenin fil-gżejjer Maltin u għaldaqstant il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista qed jirċievu flejjes kbar minn kumpaniji privati u li qed jinjettawhom direttament għall-pagi tal-ħaddiema tagħhom. Dawn l-istess donazzjonijiet qed imorru wkoll biex iħallsu servizzi li jingħataw mill-privat.

Kienu żewġ kumpaniji kbar biss li iddikjaraw li kienu taw €10,000 lill-Partit Politiċi l-aktar segwini. Mid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-PL u tal-PN jidher Pawlu Gauci, li huwa sid tas-supermarket Pavi f’Ħal Qormi, il-Pama fil-Mosta, il-ħanut ZARA f’Tas-Sliema u negozji oħra inkluż fil-Marina di Raguża ġewwa Sqallija li iddikjara donazzjoni ta’ €10,000 liż-żewġ partiti. Fi stqarrija, il-kumpanija ta’ Gauci qalet li għamlet dan għax temmen fit-tkattir tad-demokrazija.

Kumpaniji li jagħtu donazzjoni ta’ inqas minn €10,000, ma jidhrux isimhom.

Sintendi kien hemm sidien ta’ kumpaniji oħra li taw donazzjonijiet liż-żewġ Partit rivali iżda dan bid-differenza li isimhom mhux reġistrat, propju għaliex taw donazzjoni li kienet inqas minn €10,000.

Kif għidna, il-gazzetta ILLUM hija infurmata li l-pagi ta’ bosta impjegati tal-Partiti mmexxija minn Bernard Grech u Robert Abela huma mħallsa direttament minn dawn il-kontribuzzjonijiet. Punt interessanti huwa l-fatt li minħabba din ir-raġuni, ma jkunx hemm l-obbligu li dawn id-donazzjonijiet jiġu iddikjarati.

Skont sorsi tal-ILLUM din il-prattika ilha tiġri għal żmien twil u li apparti minn hekk il-pagi ta’ impjegati ta’ ċertu esperjenza, partikolarment fid-dipartiment tal-kommunikazzjoni u l-midja, tirrifletti ħlas b’figura sostanzjali.

Persuna qrib il-Partit Laburista qal lil din il-gazzetta li l-aktar kumpaniji li jagħtu donazzjonijiet ġejjin mill-industrija tal-kostruzzjoni kif ukoll dik turisitika, jiġifieri minn sidien ta’ lukandi. Fil-fatt it-tieni sid ta’ kumpanija li tat donazzjoni mlaħħma kien dak tal-kumapnija Schembri & Sons Ltd.

Fil-każ tal-Partit Nazzjonalista, in-numru ta’ donazzjonijiet huwa fer inqas, bl-istess ismijiet magħrufa li b’mod konsistenti jkunu s-sostenituri tal-partit.

Sors mill-PL qal lill-ILLUM, li preżentament hemm ukoll erba’ negozjanti kbar li qed jiġbru l-flus minn negozji żgħar. “Hemm min jagħti €2,000, oħrajn €3,000 u uħud jagħtu €8,000. Dawn dejjem taħt ir-radar.” Dan is-sors sostna li huma l-ftit negozji li jagħżlu li ma jagħtu l-ebda donazzjonijiet iżda jidher ukoll li dawn il-gruppi ta’ negozjanti dejjem qed jiżdiedu fin-numru. “Muscat kellu aktar influenza u rabta man-negozji minn Robert Abela,” sostna s-sors.

Min-naħa l-oħra, l-istess sors qal li “Bernard Grech mhcu kalamita għan-negozjanti. Qatt ma għamilha man-negozjanti u kienx jaf jinżel għal-livell tagħhom. Apparti l-fatt li ma tantx jista’ joffri xi tama li xi darba se jirbaħ!”

More in Politika