'Intajjarlek rasek quddiem missierek' Roderick Cassar hedded lil Bernice

Missier il-vittma jgħid li darba Cassar qal lil binthom li ma jħobbiex għaliex kienet taqbeż għal ommha 

Bernice Cassar
Bernice Cassar

Roderick Cassar hedded lil Bernice Cilia illi t-tnejn li huma mhux se jaraw lil uliedhom u li kien se jtajjrilha rasha quddiem missierha. Dan ħareġ waqt ix-xhieda ta' missier il-vittma, Joseph Cilia, waqt il-kumpilazzjoni tal-evidenza fil-konfront ta' Cassar, l-akkużat tal-qtil ta' martu Bernice. 

Huwa qal illi Cassar kien dejjem xurban u li kien juża lit-tifel bħala arma konta martu. Dakinhar ta' Jum l-Omm, qabel ma' Bernice marret għand zitha, Cassar beda jgħajjat magħha u jsawwatha quddiem it-tfal. Dan kien l-istess jum li Cassar kien hedded lil Bernice b'sikkina m'għonqa u heddidha li kien se joqtolha biha. 

Is-sitwazzjoni tant kienet eskalat illi missier Cassar kien ċempel lil Joseph Cilia biex jirraportah lill-Pulizija.

Cilia stqarr li lit-tifla tagħhom kien qalilha li ma jħobbiex għas-sempliċi raġuni li kienet tipproteġi lil ommha. Cilia qal illi bintu tant kienet beżgħana għal ħajjitha li darba waqt l-ikel kienet qaltilha li se tkun ilha mejta qabel ma tagħlaq sitt snin. 

Intant fix-xhieda tal-Kuntistabbli Jacqueline Chappell qalet illi Bernice f'Mejju għamlet rapport fi ħdan it-Taqsima tal-Vjolenza Domestika u li  hija kienet beżgħana b'din it-theddida u li darba Cassar mar ikellem lis-Surmast tal-iskola ta' binhom biex jieħdu għal tliet ġimgħat. 

Din is-seduta tintemm b'emozzjonijiet kbar min-naħa ta' missier il-vittma u se tkun qed tkompli fl-4 ta' April. 

More in Politika