Il-President jaħtar żewġ Imħallfin ġodda biex iservu fil-Qrati Superjuri ta' Malta

Fi stqarrija, l-Uffiċċju tal-President spjega kif il-Kumitat għall-Ħatriet fil-Ġudikatura irċieva u għarbel 20 espressjoni ta’ interess

Il-President ta’ Malta George Vella ħatar żewġ ġudikanti ġodda fil-Qrati Superjuri ta' Malta, wara sejħa pubblika li saret mill-Ministru għall-Ġustizzja.

Fi stqarrija, l-Uffiċċju tal-President spjega kif il-Kumitat għall-Ħatriet fil-Ġudikatura irċieva u għarbel 20 espressjoni ta’ interess.

Il-Kumitat ippreżenta lill-President ta' Malta r-rapport dettaljat dwar il-kandidati li ġew irrakkomandati għall-ħatra ta’ Mħallef fil-Qorti Superjuri. Għalhekk, wara qbil unanimu, il-President ħatar lill-Maġistrat Doreen Clarke u lill-Maġistrat Josette Demicoli biex iservu bħala Imħallfin.

Il-President feraħ lill-ġudikanti ġodda u rringrazzja lill-Membri tal-Kumitat dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura għax-xogħol siewi u metikoluż li wettqu.

More in Politika