Id-Dwana ssib aktar karozzi misruqa mill-Kanada moħbija f'kontejners; Jinstabu 19-il vettura oħra

Sa issa d-Dwana interċettat 43 kontejner b'total ta' 78 karozza misruqa mill-Kanada

Uffiċjali tad-Dwana fil-Freeport interċettaw aktar karozzi misruqa mill-Kanada. Fl-aħħar sigħat, id-Dwana sabet 19-il vettura oħra li kienu moħbija f'għaxar kontejners fi triqithom lejn Dubaj.

Il-karozzi li ġew inteċettati bis-saħħa tal-iskenjar tal-kontejners huma:

Sitt Range rover sport; Toyota highlander; żewġ Lexus RX350; Nissan; Lexus 350; Toyota RAV4; Dodge; erba' Range rover u żewġ Dodge ram vans.

Sal-lum, 43 kontejner, b'total ta' 78 karozza misruqa mill-Kanada kienu misjuba mid-Dwana Maltija. 

Bl-għajnuna tad-Dwana Maltija, il-Pulizija Kanadiża ressqet disa' persuni li huma suspettati b'rabta ma' dan iċ-ċirku kriminali.

Apparti minn hekk, wara ħidma konġunta bejn awtoritajiet Maltin u barranin, l-ewwel grupp ta' karozzi misruqa ġew mibgħuta lura l-Kanada. B'kollox intbagħtu lura 59 vettura fi 33 kontejner.

More in Politika