Il-Kummissjoni Ewropea b'€100 biljun biex il-ħaddiema jżommu d-dħul tagħhom

Fi stqarrija l-Kummissjoni qalet li l-miżuri juru l-ħtieġa għal baġit fit-tul tal-UE b'saħħtu u flessibbli

Ursula Von Der Leyen, President tal-KE
Ursula Von Der Leyen, President tal-KE

Il-Kummissjoni Ewropea qed tkompli żżid ir-rispons tagħha billi tipproponi li jiġi stabbilit strument ta' solidarjetà ta' €100 biljun bl-isem ta' SURE, biex jgħin lill-ħaddiema jżommu d-dħul tagħhom u jgħin lin-negozji jsalvaw. Hija qed tipproponi wkoll li l-fondi strutturali kollha disponibbli jiġu diretti mill-ġdid lejn ir-rispons għall-coronavirus.

Il-bdiewa u s-sajjieda se jirċievu wkoll appoġġ, kif se jirċievu l-aktar nies fil-bżonn. Dawn il-miżuri kollha huma bbażati fuq il-baġit preżenti tal-UE.

Fi stqarrija l-Kummissjoni qalet li l-miżuri juru l-ħtieġa għal baġit fit-tul tal-UE b'saħħtu u flessibbli. 

Fakkret illi diġa' aġixxiet biex tipprovdi lill-Istati Membri bil-flessibbiltà kollha li jeħtieġu biex tappoġġja s-sistemi tal-kura tas-saħħa, in-negozji u l-ħaddiema tagħhom b'mod finanzjarju. Qalet li aġixxiet biex tikkoordina, tħaffef u ssaħħaħ l-isforzi tal-akkwist ta' tagħmir mediku u ddedikat finanzjament għar-riċerka għall-iżvilupp ta' vaċċin. Ħadmet ukoll mingħajr waqfien biex tiżgura li l-prodotti u l-ħaddiema transfruntiera jkunu jistgħu jkomplu jiċċaqilqu madwar l-UE biex l-isptarijiet jibqgħu jaħdmu, il-fabbriki jibqgħu għaddejjin u l-ixkafef tal-ħwienet jibqgħu stokkjati. Dan apparti li ll-Kummissjoni appoġġjat u tkompli tappoġġa r-ripatrijazzjoni taċ-ċittadini tal-UE, tal-familji tagħhom u tar-residenti fit-tul lejn l-Ewropa minn madwar id-dinja.

Il-President tal-Kummissjoni Ewropae Ursula Von Der Leyen qalet illi f'din il-kriżi tal-coronavirus, l-aktar tweġibiet b'saħħithom biss se jiġu kkunsidrati. "Irridu nużaw kull mezz għad-dispożizzjoni tagħna. Kull ewro disponibbli fil-baġit tal-UE se jiġi dirett mill-ġdid biex jindirizzaha,kull regola se titħaffef biex tippermetti li l-finanzjament jgħaddi malajr u b'mod effettiv. Permezz ta' strument ġdid ta' solidarjetà, se nimmobilizzaw €100 biljun biex inżommu nies f'impjiegi u negozji għaddejjin. "

More in Politika