Lest joffri 'bla profitt' l-isptar St Philip's għall-pazjenti bil-coronavirus

Fi kliem it-Tabib Frank Portelli l-isptar jista' jakkomoda massimu ta’ 300 sodda

It-tabib Frank Portelli qal li l-isptar St Philips jinsab lest li joffri l-binja tiegħu f’Santa Venera lill-poplu Malti fuq bażi “non-profitt” u dan ikun ifisser 300 sodda oħra għall-pazjenti.

Fuq Facebook, it-tabib, li fl-2017 kien kandidat għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista, kompla jgħid li l-isptar jista’ jsirlu ristrutturar skont il-bżonn.

Insista li l-istrutturar li hemm bżonn isir jista’ jkun lest fi żmien tmien ġimgħat u hekk, ikun jista’ jospita wkoll 120 pazjent bil-coronavirus.

Kien hawn li spjega kif tista’ ssir estenzjoni tal-faċilitajiet tal-isptar biex dan jakkomoda massimu ta’ 300 sodda, liema xogħol jista’ jsir fit-tmien ġimgħat ta wara.

Insista li qed jagħmel dan għax jemmen li l-pazjenti jiġu qabel il-politika.

Ilbieraħ il-Gvern ħareġ sejħa biex fi żmien tmien ġimgħat Malta jkollha sptar pre-fabricated.

More in Politika