Il-Prim Ministru jċedi xahar paga; Iħeġġeġ lil min jista' biex jagħmel bħalu

Fi kliemu dan se jagħmlu biex jiġi ffinanzjat il-pakkett ta’ miżuri li ħabbar illejla

Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li għal dan ix-xahar mhux se jieħu l-paga u minflok se jkun qed joffriha biex jiġi ffinanzjat il-pakkett ta’ miżuri 

Fi kliem Abela, jekk ikun hemm min isegwi l-eżempju tiegħu, din l-inizjattiva żgħira, tkun qed tagħmel differenza.

Abela ħeġġeġ ħaddiema oħra taċ-ċivil li jistgħu, biex jagħmlu bħalu biex ikun iggarantit il-ħlas ta' dawk l-impjegati li spiċċaw, ħabta u sabta, jew bla xogħol jew li xogħolhom huwa mdendel.

Intant wara l-Prim Ministru, anke l-Ministru tal-Ekonomija Silvio Schembri u l-Ministru għat-Turiżmu, Julia Farrugia Portelli, ħabbret illi bħala dover se jsegwi lill-Abela u ma jiħux paga ta' xahar.

"Hekk se nkun qed nagħmel jien ukoll. Inħeġġeġ lil min jista’ sabiex flimkien nagħmlu l-istess fl-interess ta’ dawk kollha li għaddejin minn żmien diffiċli."

More in Politika