'Ibqgħu d-dar, inkella ...' il-PM Ingliż iħabbar l-għeluq tan-negozji u restrizzjonijiet fir-Renju Unit

IL-PM Ingliż Boris Johnson iħabbar li l-ħwienet kollha jridu jgħalqu u n-nies ma jistgħux joħorġu ħlief ...

Meta llejla kien qed jindirizza lin-nazzjon Brittanniku l-PM Ingliż Boris Johnson qal li minkejja illi bosta qed isegwu l-appelli, issa nies bilfors iridu jibqgħu d-dar.  Kompla jgħid li persuna tista' toħroġ biss għax-xogħol, meta dan ma jistax isir mid-dar, biex tmur timxi jew tagħmel eżerċizzju - darba u waħdek jew ma' membru tal-familja  u biex tixtri l-affarijiet essenzjali. 

"Il-pulizija se jkollhom il-poter li jinfurzaw dawn il-miżuri u fejn dawn ma jkunux segwiti jingħataw multi.  Għalhekk se ngħalqu l-ħwienet kollha, postijiet reliġjużi u kull post fejn jiltaqgħu n-nies u kull attività - inkluż żwiġijiet, imma mhux funerali," qal Johnson. 

"Nappellakhom tibqgħu d-dar, tipproteġu s-sistema tas-saħħa tagħna .." qal Johnson.  Hu fakkar illi "jekk wisq nies jimirdu fl-istess ħin is-sistema tas-saħħa ma tkunx tista' tlaħħaq u jkollna problemi akbar u aktar nies imutu."

Londra, il-kapitali Ingliża, l-aktar li qed tbati minn każi ta' coronavirus u hija meqjusa bħala l-epiċentru ta' dan il-virus fir-Renju Unit. 

Il-Gvern Malti ħabbar l-għeluq tal-ħwienet ilbieraħ f'miżura li issa qed tittieħed madwar l-Ewropa kollha, inkluż Franza, l-Italja u Spanja- fost oħrajn.

Mill-Italja llum kien hemm xaqq ta' tama hekk kif naqset ir-rata ta' mwiet.  Minkejja dan in-numru ta' persuni bil-coronavirus jibqa' l-ogħla fid-dinja wara ċ-Ċina, b'63,927 każ

More in Politika