Miżuri Covid-19 | L-MHRA tgħid li l-miżuri tal-Gvern mhumiex biżżejjed biex jiġi salvat ix-xogħol

... u tisħaq li jekk il-Gvern ma jħallasx minimu ta' €800 fix-xahar għal kull ħaddiem il-lukandi u ristoranti se jkollhom problemi kbar

President tal-MHRA Tony Zahra
President tal-MHRA Tony Zahra

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Lukandi u r-Ristoranti (MHRA), bħall-MEA qabilha, qalet illi l-miżuri mħabbra mill-Gvern ilbieraħ kienu 'diżappuntanti'.  "Fi ftit kliem m'humiex se jkunu biżżejjed għal ħafna biex iżommu xogħlhom u biex in-negozju jibqa' miftuħ."

L-MHRA qalet li s-settur turistiku Malti għaddej minn mument ikrah hekk kif irkupru sħiħ bħalissa huwa diffiċli ħafna u mhux se jseħħ fil-ġimgħat li ġejjin. L-MHRA sostniet li l-kontribuzzjoni f'leave tal-karantina - €350 kull impjegat - huwa wisq inqas minn dak mistenni. 

L-MHRA qalet li hija ddiżappuntata bil-miżuri mħabbra li saħqet illi ma indirizzawx il-bżonnijiet tan-negozju. 

"Mingħajr l-għajnuna fil-pagi ta' minimu ta' €800 fix-xahar għal kull impjegat is-sitwazzjoni se tkun diffiċli mmens."

Ara hawnhekk x'qalet l-MEA dwar il-miżuri li ħabbar il-Gvern. 

More in Politika