'Il-miżuri li ħabbar il-Gvern huma bla preċedent u se jiddefendu l-impjiegi' - Gordon Cordina

L-ekonomista Gordon Cordina bi kliem ta' tifħir għall-miżuri li ħabbar il-Gvern ilbieraħ

L-ekonomista Gordon Cordina
L-ekonomista Gordon Cordina

Mal-illum.com.mt l-ekonomista Gordon Cordina - b'reazzjoni għall-miżuri mħabbra mill-Gvern biex jilqgħu għall-isfida ekonomika minħabba l-Covid-19 - qal li dak li ħabbar il-Gvern jista' jkun ikkunsidrat bħala "biżżejjed biex jirrestawra l-attività ekonomika fuq perjodu ta' tliet xhur għall-livelli normali, jekk jintilef nofs in-negozju minħabba l-Covid-19."

Cordina qal illi l-miżuri żgur ma jistgħux ikunu maġija jew li waħedhom se jġibu lura lit-turisti kollha jew ineħħu t-theddid ta' saħħa.  Minkejja dan qal illi l-miżuri huma intervent "bla preċedent fid-daqs u wieħed jistenna li se jiddefendu l-impjiegi u d-dħul f'termini temporanji, sakemm l-għerq tal-kriżi tgħaddi." 

Mal-illum.com.mt Cordina sostna illi l-miżuri huma skont dawk li qed tipproponi l-Unjoni Ewropea bħalissa hekk kif jiffukaw fuq il-likwidità tan-negozji u għajnuna diretta biex jitħallsu l-pagi.

"Nittamaw li l-implimentazzjoni tal-miżuri tkun waħda veloċi u bla problemi, biex nassiguraw li jkunu effettivi." 

More in Politika