L-UE se tagħti lil Malta €48 miljun - €9 miljuni f'likwidità u €39 mill-baġit tagħha

L-Unjoni Ewropea se tkun qed toħroġ €37 biljun f'għajnuna lill-pajjiżi kollha membri

L-Unjoni Ewropea se tkun qed toħroġ €37 biljun f'għajnuna lill-pajjiżi kollha membri, l-aktar dawk milqutin ħażin ħafna mit-tixrid tal-coronavirus. 

Din l-għajnuna se tinqasam hekk: €18-il miljun f'likwidità u allura fi flus li l-UE se tagħti minn issa biex il-Gvern jonfoq kif irid fuq materji relatati mal-marda Covid-19 li qed tinxtered kif ukoll €29 miljun f'fondi mill-Baġit tal-UE, mill-fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropew. 

Malta, minn dawn, se tkun qed tieħu €48 miljun f'għajnuna, €9 miljuni f'likwidità u l-bqija mill-fondi strutturali.  Dan ifisser li l-UE se tagħti €9 miluni issa, bħal speċi ta' donazzjoni ta' flus li l-Gvern irid jonfoq biex jindirizza l-Covid-19.  Fil-każ tad-€39 miljuni l-oħra l-Gvern  jeħtieġ jippreżenta proġetti li jrid iwettaq minn dawn il-flus biex imbagħad jingħataw. 

L-aktar pajjiżi li se jieħdu flus huma l-Polonja (€1.1 biljun) u Spanja (€1.16 biljun), l-Ungerija (€855 miljun) u finalment l-Italja (€853 miljun).

L-inqas pajjiżi li se jieħdu huma l-Irlanda (€3 miljuni) u l-Lussemburgu (€2 miljuni). 

 

More in Politika