L-iskejjel jibqgħu magħluqa u mil-lum diversi stabbilimenti ma jiftħux

Dan l-avviż legali ħareġ ftit qabel ġew sospiżi t-titjiriet kollha lejn Malta mis-Sibt 

F'Avviż Legali ppubblikat tard it-Tlieta filgħaxija, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika ordnat l-għeluq immedjat ta' diversi stabbilimenti bil-għan li jonqos it-tixrid tal-coronavirus.

Kif spjega l-Prim Ministru waqt il-konferenza li kienet saret f'Kastilja, ir-ristoranti, il-gabbani u l-ħwienet tat-take away jistgħu jbqgħu jofru servizz ta' take away.

Il-kċejjen tal-lukandi jistgħu jibqgħu joffru servizzi ta' room service fil-kmamar u anke servizzi ta' delivery fil-komunità

F'avviż legali separat, is-Supretendent estendiet l-għeluq tal-iskejjel b'mod indefinit sakemm jinħareġ avviż ieħor.

Liema huma l-istabbilimenti li se jagħlqu?

  • Barijiet
  • Ristoranti
  • Kafetteriji
  • Snack bars
  • Ċinemas
  • Gyms
  • Mużewijiet
  • Wirjiet
  • Klabbs
  • Diskoteki
  • Swieq fil-miftuħ
  • Swimming pools ta' ġewwa
  • L-iswimming pools nazzjonali
  • Stabbilimenti kollha tal-logħob, inkluż swali tal-bingo, casinos, ħwienet tal-gaming etċ

Aqra wkoll:

More in Politika