Coronavirus | Sospiżi t-titjiriet lejn Malta min-nhar is-Sibt

L-ordni ngħatat mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika u ġiet ikkommunikata tard it-Tlieta filgħaxija lil-linji kollha tal-ajru

It-titjiriet kollha lejn Malta se jkunu sospiżi min-nhar is-Sibt li ġej u dan bħala parti mill-ġlieda tal-pajjiż kontra t-tixrid tal-Covid-19.

L-ordni ngħatat mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika u ġiet ikkommunikata tard it-Tlieta filgħaxija lil-linji kollha tal-ajru.

L-avviż ntbagħat bħala Notice to Airmen, jispjega kif se jiġu affettwati t-titjiriet tal-passiġġieri li jkunu telqu wara nofsilejl bejn il-Ġimgħa u s-Sibt li ġej.

Din is-sospensjoni hija waħda "temporanja," jgħid l-avviż.

Se jitħallew joperaw biss titjiriet tal-merkanzija, dawk għal raġunijiet uminatarji u anke dawk ta' ripatrijazzjoni.

F'każijiet speċjali, l-awtoritajiet jistgħu jawtorizzaw titjiriet individwali.

More in Politika