'Il-miżuri li ħabbart ma jiswew xejn ... ħaddiem inti sa xahrejn oħra se tkun bla impjieg'

Il-President tal-GRTU jgħid li l-miżuri li ħabbar il-PM mhumiex se jsalvaw l-impjiegi

Paul Abela
Paul Abela

F'filmat pjuttost imqanqal il-President tal-General Retailers and Traders Union (GRTU) Paul Abela qal li għall-ħaddiema l-miżuri li ħabbar il-Gvern nhar is-Sibt ma jiswew xejn u jwissi li sa xahrejn oħra - jekk il-Gvern skontu, jibqa' ma jagħmel xejn l-ħaddiem se jitlef xogħlu. 

"Tliet kwarti tal-miżuri li ħabbar il-Gvern ma jiswew xejn," qal Abela filwaqt li sostna li l-ħaddiem se jitlef xogħolu. 

Kompla jgħid illi l-GRTU ma kinitx ikkonsultata u sostna li l-Gvern irid jieħu miżuri li bis-serjetà jipproteġu lill-ħaddiem, "mhux hu ma ħariġx ċenteżmu wieħed," qal b'referenza għall-avviż legali dwar ħlas ta' leave tal-kwarantina.

"Għandu €600 miljun minn tal-passaporti ... jekk ma jieħux azzjoni l-ekonomija se tikkollassa u jkun kollu tort tiegħek Prim Ministru.  Dawn il-miżuri m'huma se jwasslu imkien."

More in Politika