Qiegħed fi kwarantina obbligatorja? Għandek dritt għal-leave skont avviż legali maħruġ mill-Gvern

Is-Segretarju Ġenerali tal-GWU jilqa' dan l-iżvilupp b'mod pożittiv

l-Gvern illum ippubblika avviż legali illi fih qed jispeċifika illi kull ħaddiem li jinsab fi kwarantina u li huwa legalment obbligat li jagħmel dan, "mingħajr telf ta' paga" għandu jingħata leave tal-kwarantina. 

Intant f'kumment fuq Facebook is-Segretarju Ġenerali tal-General Workers' Union (GWU) qal li din hija miżura li GWU minn dejjem saħqet li ser tgħin eluf ta’ ħaddiema li ma kienux koperti b’ftehim kollettiv jew settorjali. "Il-GWU tibqa tisħaq li l-ħaddiem ma għandux iġorr il-piż kollu tal-impatt ekonomiku li ser ikollna fuq l-pajjiż. Il-haddiema kollha huma parti mis-soluzzjoni u mhux mill-problema."

More in Politika