Żewġ persuni jiksru l-kwarantina obbligatorja; Jeħlu €1,000 kull wieħed

Malta sa issa kellha 18-il każ ta' coronavirus. Minn dawn, pazjenta fieqet u tinsab fi kwarantina obbligatorja fid-dar tagħha

Illum il-Pulizija u uffiċali mid-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard u l-Protezzjoni Ċivili, komplew bl-ispezzjonijiet tagħhom fid-djar ta' dawk il-persuni li jinsabu taħt kwarantina obbligatorja.

Żewġ persuni, li suppost kienu d-dar, ma nstabux hemm u dawn ingħataw multa ta' €1,000 kull wieħed.

Il-Pulizija se jkunu qed ikomplu bl-ispezzjonijiet tagħhom.

Il-kwarantina obbligatorja jridu jsegwuha dawk kollha li waslu:

  • Mill-Italja, iċ-Ċina, Singapore, il-Ġappun, l-Iran u l-Korea ta' Isfel mis-26 ta' Frar 'il quddiem;
  • Minn Franza, Spanja, il-Ġermanja u l-Iżvizzera mill-11 ta' Marzu 'il quddiem; u 
  • Dawk kollha li mit-13 ta' Marzu 'l quddiem waslu malta permezz tal-ajru jew il-baħar.

Malta sa issa kellha 18-il każ ta' coronavirus. Minn dawn, pazjenta fieqet u tinsab fi kwarantina obbligatorja fid-dar tagħha

More in Politika