Każ ieħor ta' coronavirus fuq persuna ġejja minn Brussell ... pazjenta waħda tfieq

Tfajla ta' 19-il sena tirriżulta fil-pożittiv għall-Coronavirus 

Mara ta' 19-il sena rriżultat fil-pożittiv għall-coronavirus biex hija it-13-il pazjenta ta' din il-marda f'Malta. Hija wkoll it-tielet persuna bil-Covid-19 li ġiet malta minn Brussell. 

Iktar tard tħabbar li fil-fatt il-każi telgħu għal 18, b'dan il-każ u erba' każi oħrajn matul il-lejl,

Huwa maħsub li din il-pazjenta qabditha l-virus bejn l-4 u t-8 ta' Marzu u bdiet turi s-sintomi tlett ijiem wara. 

Il-Ministeru qal li l-mara tinsab f'kundizzjoni tajba. Mhuwiex magħruf jekk għamlitx kwarantina jew le, bl-awtoritajiet ma jagħtu ebda indikazzjoni dwar dan sa issa. 

Fl-istess ħin kif tħabbar ilbieraħ ukoll issa hija uffiċjali li waħda mill-pazjenti fieqet mill-virus. L-awtoritajiet tas-saħħa kkonfermaw li l-mara rriżultat negattiv darbtejn f’testijiet li saru 24 siegħa ’l bogħod minn xulxin. Għalhekk, skont il-linji gwida stabbiliti, din il-mara titqies li fieqet
mill-Coronavirus. Hija se toħroġ mill-Isptar u tinżamm kwarantina f’darha għal ftit tal-jiem oħra bħala prekawzjoni.

 

More in Politika