Coronavirus | Il-Kummissjoni Ewropea b'sensiela ta' miżuri u investimenti biex ikunu mgħejjuna l-Istati Membri

Il-President von der Leyen qalet li se tkun qed tippreżenta diversi ideat konkreti quddiem il-Eurogroup

Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret sensiela ta' miżuri bil-għan li l-Unjoni Ewropea tilqa' għat-tixrid tal-coronavirus.

Fost dawn, se tkun qed tgħaqqad tim ta' esperti u professjonisti minn stati membri differenti biex jassiguraw li jkun disponobbli t-tagħmir kollu neċessarju, inkluż dak respiratorju u anke biex ikunu mobilizzati €140 miljun b'fondi pubbliċi u privati għar-riċerka fuq vaċċin u t-trattament fost  oħrajn.

Il-Kummissjoni, permezz tal-Kummissarju Paolo Gentiloni se tkun qed twaqqaf Coronavirus Response Team bil-għan li jistudja u jilqa' għall-impatt ekonomiku li l-coronavirus u t-tixrid tiegħu jista' jkollu.

Il-President von der Leyen qalet li se tkun qed tippreżenta diversi ideat konkreti quddiem il-Eurogroup. Se tniedi wkoll inizjattiva, Corona Response Investment, li hija diretta għas-sistemi tal-kura tas-saħħa, l-SMEs u partijiet vulnerabbli oħra tal-ekonomiji.

Dan l-investiment se jkun qed jammonta għal €25 biljun. Se tipproponi wkoll li l-Kunsill u l-Parlament japprovaw investiment ta' €7.5 biljun u anke biex jitwaqqaf  Task Force biex jaħdem mill-qrib mal-pajjiżi membri.

More in Politika