Spettur tal-Pulizija jaqla' daqqa ta' sieq u ieħor mhedded fil-Qorti

Spettur tal-Pulizija mhedded u ieħor aggredit fil-Qorti

(Arkivji)
(Arkivji)

Spettur tal-Pulizija stazzjonat fid-Distrett ta’ San Ġiljan sofra xi ġrieħi wara li safa' mhedded u aggredit minn żewġ ġuvintur fil-bini tal-Qorti.

Il-każ seħħ illum għall-ħabta tas-1:15 p.m.

Iż-żewġ ġuvintur, ta’ 16-il sena u 19-il sena minn Bormla u Ħaż-Żabbar rispettivament kienu għadhom kemm tressqu l-Qorti b’rabta mal-każ illi seħħ il-Ħadd illi għadda f’San Ġwann wara li ppruvaw jaħarbu mill-Pulizija bil-vettura li kienu fiha minn Tas-Sliema.

Wara li llum il-Qorti ċaħdet it-talba tagħhom għall-ħelsien mill-arrest, malli ħarġu mill-Awla sabiex jiġu skortati lejn il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, il-ġuvni ta’ 16-il sena beda jhedded lil wieħed mill-Ispetturi tal-Pulizija, waqt li l-ġuvni l-ieħor ta’ 19-il sena tela’ bil-wieqfa fuq bank
u ta’ daqqa fuq wiċċ il-Pulizija.

Pulizija oħra li dak il-ħin kienu fil-Qorti żammew liż-żewġ ġuvintur. Huma kienu arrestati mill-ġdid  u tniżżlu fil-lock-up tal-Qorti. Huma mistennija jitressqu l-Qorti

Iż-żewġ ġuvintur kienu għadhom kemm tressqu quddiem il-Maġistrat Dr. Natasha Galea Sciberras, akkużati li naqsu li jobdu l-ordnijiet tal-Pulizija; li serqu vettura; b’sewqan perikoluż; kif ukoll b’sewqan mingħajr liċenzja u mingħajr polza tal-assikurazzjoni. Huma kienu
akkużati ukoll b’serqa ta’ liċenzja ta’ vettura u serqa ta’ pjanċi tar-reġistrazzjoni minn fuq vettura oħra; li kisru l-kundizzjonijiet imposti fuqhom mill-Qorti; kif ukoll li wieħed minnhom kien fil-pussess tad-droga cannabis; fost diversi akkużi oħra.
 

More in Politika