Ritratti | Jinfetaħ ċentru f'Ħal Farruġ għat-testijiet tal-coronavirus

Jekk il-każijiet jiżdiedu mhux eskluż li jinfetħu aktar ċentri

Illum waranofsinhar ġie inawgurat ċentru ġdid f’Ħal Luqa fejn persuni suspettati li għandhom il-coronavirus jistgħu jmorru biex isirilhom it-test.

Dan iċ-ċentru jinsab f’Ħal Luqa, viċin iċ-ċentru industrijali ta’ Ħal Farruġ.

L-awtoritajiet tas-saħħa għamlu dimostrazzjoni tal-proċedura li se tkun qed issir meta persuna tmur dan iċ-ċentru.

Qabel jidħlu, il-pazjenti se jkunu mitluba jiddiżinfettaw idejhom u anke jilbsu maskla.

Wara l-pazjent jittieħed f’kamra apposta fejn jittieħed l-iswab mill-imnieħer.

Il-pazjent wara jintalab imur id-dar u jistenna sakemm l-awtoritajiet iċemplulu bir-riżultat.

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaina Gauci saħqet li dan iċ-ċentru ntagħżel għax huwa aċċessibbli ħafna u ma jinsabx fpost ċentrali u għalhekk jitnaqqas ir-riskju tat-tixrid.

Mistoqsija jekk hux se jinfetħu aktar ċentru, Gauci saħqet li jekk il-każijiet jiżdiedu, jistgħu jinfetħu aktar ċentri.

X’għandek tagħmel biex tevita?

  • Evita kuntatt ma’ nies morda speċjalment b’sogħla
  • Evita li tmur f’postijiet fejn huma maqtula annimali (biċċeriji...)
  • Aħsel idejk kemm jista’ jkun b’mod frekwenti
  • Segwi r-regoli tal-iġene fl-ikel
  • Evita kuntatt dirett mal-annimali u l-ħmieġ tagħhom

Aqra wkoll:

More in Politika