ĊAMYouths iniedu kampanja ta' għajnuna għall-familja Pace

L-organizzazzjoni ĊAMYouths, li tagħha l-familja Pace hija membru, nediet kampanja ta' ġbir ta' fondi għall-familja milquta mit-traġedja tal-bieraħ

L-organizzazzjoni ĊAMYouths, li tagħha l-familja Pace hija membru, nediet kampanja ta' ġbir ta' fondi għall-familja milquta mit-traġedja tal-bieraħ u li tilfet mhux biss lill-omm, Miriam Pace, iżda d-dar kollha kemm hi.

Dawn kollha li jixtiequ jgħinu permezz ta' din l-organizzazjoni, jistgħu jibgħatu donazzjoni tagħhom f'dan il-kont bankarju:

Isem tal-kont: CAMYouths
IBAN: MT16VALL22013000000040020040990
BIC / SWIFT: VALLMTMT
Referenza tat-Tranżizzjoni: CY4Pace

Wieħed jista' jibgħat ukoll id-donazzjoni permezz ta' Revolut ap

Id-donazzjonijiet jistgħu jintbagħtu wkoll permezz ta' SMS fuq:

50618940 - €6.99
50619236 - €11.65

Intant, nhar il-Ħadd li ġej, se jkun qed isir ġbir għall-familja fuq iz-zuntier tal-knejjes parrokjali ta' San Gejtanu tal-Ħamrun u anke ta' Santa Venera.

Il-kollegi ta' Carmel Pace li jaħdmu fil-Freeport ukoll qed jagħmlu ġabra għall-familja milquta mid-diżgrazzja.

More in Politika