'Tbiddilx lil Malta f'mekka ta' Turiżmu sesswali' - 40 għaqda lill-Gvern

Dan wara li s-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar saħqet li l-liġi dwar id-dikriminilizzazzjoni tal-prostituzzjoni mhux se tinkrimina lill-klijenti

Grupp ta’ NGOs ingħaqdu flimkien fi stqarrija u insistew mal-Gvern li jekk se jiddikriminalizza l-bejgħ tas-sess mingħajr ma’ jikkriminalizza x-xiri tiegħu se jkun qed joħloq sitwazzjoni “attraenti” ħafna għat-traffikanti u dawk li jħaddmu u jisfruttaw lin-nisa.

Fil-fatt, l-NGOs qed jisħqu lill-Gvern li jekk fir-riforma se jagħti l-ġenb lill-Mudell Nordiku, liema mudell jikkriminalizza kull tip ta’ xiri ta’ servizz sesswali iżda mhux l-att li persuna tipprostitwixxi lilha nnifisha, se jkun qed jieħu lill-pajjiż lura u mhux ‘il quddiem.

Kienet is-Segretajru Parlamentari Rosianne Cutajar li lbieraħ qalet ma’ LovinMalta li l-liġi proposta għad-dikriminalizzazzjoni tal-prostituzzjoni f’Malta mhux se tkun tinkludi l-kriminlizazzjoni tax-xiri tas-sess.

“Kif nistgħu nemmnu li l-Gvern għandu l-ugwaljanza tal-ġeneru għal qalbu meta l-istess Gvern irid ikompli jiffaċilita l-kommodifikazzjoni u l-oġġettifikazzjoni tal-ġisem tal-mara,” insistew l-NGOs.

L-istqarrija tinsisti mal-Gvern li jekk jiddikriminalizza l-prostituzzjoni mingħajr ma jikkriminalizza x-xiri tas-sess se jkun qed jirriskja li jbiddel lil Malta f’mekka ta’ Turiżmu sesswali.

L-istqarrija tinsisti li l-grupp ta’ esperti li preżenta l-proposti tiegħu u li dwarhom qablu xejn inqas minn 40 organizzazzjoni (inkluż dawk li jaħdmu favur id-drittijiet tal-mara) qed iħeġġeġ lill-Gvern biex ma jgħaġġilx u joqgħod fuq il-parir tal-esperti.

 “Il-grupp jittama li l-Gvern ma jibbażax id-deċiżjoni tiegħu fuq opinjoni mhux infurmata,” tkompli l-istqarrija.

Temmew jisħqu li ma jistgħux jifhmu kif is-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar waslet għal din il-konklużjoni meta l-proċess konsulattiv għandu għaddej, inkluż din il-ġimgħa stess fil-Parlament.

Aqra aktar fid-dettall dak li l-40 għaqda qed jipproponu lill-Gvern:

L-għaqdiet li huma favur li l-Gvern jaddotta l-Mudell Nordiku huma:

  • Association for Equality (A4E)
  • Attard Ladies Cultural Club (ALCC)
  • Azzjoni Kattolika Maltija (AKM)
  • Caritas
  • Dar Hosea
  • Dar Merhba Bik
  • Department of Gender Studies (UOM)
  • Department of Social Policy and Social Work (UOM)
  • emPOWer Platform:
  • Business and Professional Women (Valletta) Malta (BPW)
  • Foundation for Women Entrepreneurs Malta (FWE)
  • Malta Association of Women in Business (MAWB)
  • Malta Foundation for the Wellbeing of Society (MFWS):
  • National Centre for Family Research
  • National Observatory for Living with Dignity
  • National Institute for Childhood
  • Malta Girl Guides (MGG)
  • Moviment Nisa Partit Nazzjonalista (MNPN)
  • National Council of Women (NCW)
  • Soroptimists International Malta (SI)
  • Young Women’s Christian Association (YWCA)
  • Faculty of Theology (UOM)
  • Għaqda Studenti tat-Teologija
  • Good Shepherd Sisters
  • Justice and Peace Commission
  • Local Councils Association
  • Malta Association of Public Health Medicine (MAPHM)
  • Malta Confederation of Women's Organisations (MCWO)
  • Malta Medical Students Association (MMSA)
  • Malta Midwives Association (MMA)
  • Men Against Violence (MAV)
  • OASI Foundation 
  • Saint Jeanne Antide Foundation (SJAF)
  • Solidarity Overseas Service (SOS) Malta
  • University Chaplaincy
  • Victim Support Malta (VSM)
  • Women's Rights Foundation
  • Women`s Study Group (WSG)

Il-proposti qablu dwarhom ukoll dawn l-għaqdiet internazzjonali

  • Coalition Abolition Prostitution (CAP) International
  • Coalition Against Trafficking in Women (CATW)
  • European Network of Migrant Women (ENOMW)
  • European Women's Lobby (EWL)
  • Survivors of Prostitution Abuse Calling for Enlightenment (SPACE) International

More in Politika