Keith Schembri u Yorgen Fenech wiċċ imb'wiċċ; L-eks Chief of Staff ordnat jixhed

Miegħu se jittellgħu jixhdu wkoll Kenneth Camilleri, l-eks uffiċjal tas-sigurtà tal-Prim Ministru u Johann Cremona

L-eks Chief of Staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri mistenni jitla' jixhed fil-kumpilazzjoni tal-evidenza kontra Yorgen Fenech.

Fi tmiem is-seduta tal-kumpilazzjoni tal-lum, il-Qorti saħqet li din hija ordni mill-prosekuzzjoni waqt li saħqet li Schembri, flimkien ma' persuni oħra, kontinwament qed jissemmew minn Melvin Theuma.

Fil-fatt, ma' Schembri, se jkunu qed jittellgħu jixhdu wkoll Kenneth Camilleri, l-eks uffiċjal tas-sigurtà tal-Prim Ministru u Johann Cremona, sieħeb fin-negozju ma' Fenech.

Il-każ hu aġġornat għas-27 ta' Marzu. 

Aqra wkoll aktar dettalji minn dak li ħareġ illum u fl-aħħar seduti tal-kumpilazzjoni:

 

More in Politika