Il-PM b'intervent qasir dwar Caruana; Delia jisħaq li l-poplu tħalla fl-għama

Delia saħaq li kien qed jistenna lill-Prim Ministru biex jispjega l-viżjoni tal-Gvern

L-ewwel intervent tal-Prim Ministru Robert Abela fil-Parlament kien wieħed qasir immens. Huwa kkonferma biss li rċieva u aċċetta r-riżenja ta' Justyne Caruana minn Ministru għal Għawdex u rringrazzjaha għax xogħol li wettqet.

Min-naħa tiegħu, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia saħaq li kien qed jistenna intervent aħjar mill-Prim Ministru, fosthom biex jispjega l-viżjoni tal-Gvern li qed imexxi.

Staqsa wkoll jekk kienx jaf minn qabel bil-ħbiberija bejn ir-raġel ta' Justyne Caruana, Silvio Valletta u Yorgen Fenech. Staqsa wkoll minn se jkun il-Ministru ġdid għal Għawdex.

Id-Deputata indipendenti Marlene Farrugia wkoll saħqet li kienet qed tistenna lill-Prim Ministru biex iserraħ ras il-poplu li l-investigazzjoni dwar il-qtil ta' Caruana Galizia ma kinitx "fażulla" u dan għax Valletta kien responsabbli mill-investigazzjoni fiż-żmien kruċjali tal-ġbir tal-evidenza.

Madanakollu, min-naħa tal-Gvern ma kienx hemm risposti. 

Aqra wkoll:

More in Politika