Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar il-kabinett il-ġdid li se jkun qed jieħu l-ġurament illum fit-3:30pm.
Il-kabinett se jkun magħmul minn 17-il ministru u tmien Segretarji Parlamentari.
Mill-kabinett l-antik, baqgħu barra Chris Cardona, Joe Mizzi u Anthony Agius Decelis.
Dawn huma l-ismijiet tal-Ministri l-ġodda:
Dawn huma s-Segretarji Parlamentari fil-Kabinett il-ġdid:
X'bidliet jirrifletti dan il-kabinett?
Filwaqt li żamm diversi ministeri, il-Prim Ministru Robert Abela tella' fuq livell ministerjali l-akkomodazzjoni soċjali, il-wirt nazzjonali, il-protezzjoni tal-konsumatur u d-drittijiet tal-annimali.
Il-Ġustizzja u l-Governanza kif ukoll l-Ambjent u l-Ippjanar ġew ikkonsolidati f’ministeru wieħed filwaqt li l-Infurzar tal-Liġi ngħata responsabbiltà ministerjali flimkien mal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.
L-oqsma Ewropej u barranin ingħaqdu f’dekasteru wieħed sabiex pajjiżna jimplimenta b’mod iktar effettiv il-ħidma tiegħu barra minn Malta.