Esklussiva | Niżvelaw aktar mill-Kabinett il-ġdid ... Zammit Lewis għall-ġustizzja

Wara li dan is-sit żvela l-isem ta' Byron Camilleri, issa jista' jiżvela wkoll id-dekasteru ta' Edward Zammit Lewis 

Edward Zammit Lewis, se jkun qiegħed isir il-Ministru tal-Ġustizzja, jista' jiżvela dan is-sit.  Huwa kien responsabbli għall-Ministeru tal-Ugwaljanza għal ftit żmien, wara li Helena Dalli kienet maħtura Kummissarju Ewropew. 

Dan is-sit żvela kif Byron Camilleri se jkun qed jinħatar Ministru tal-Intern

Il-Ministeru tal-Ġustizzja li kien immexxi minn Owen Bonnici, għamel diversi riformi u naqqas il-case load quddiem il-Qortin b'mod konsiderevoli, għalkemm kien fl-għajn tal-kritika wkoll minn dawk li jiddimostraw għal Daphne Caruana Galizia, l-aktar minħabba it-tqegħid ta' fjuri f'ħoġor monument. Kien ukoll ikkritikat minħabba il-PBS, li Abela qed iwiegħed li jirriforma.

Zammit Lewis, meqjus issa bħala veteran, kien ukoll Ministru tat-Turiżmu fl-ewwel leġiżlatura ta' Gvern Laburista

More in Politika