Ian Borg jindika li se jibqa' responsabbli mit-Trasport u l-Infrastruttura iżda mhux biss

Il-Ministru Ian Borg indika dan permezz ta' post fuq Facebook

Il-Ministru Ian Borg jidher li se jibqa’ responsabbli mit-Trasport, l-Infrastruttura u kien hu li indika dan fuq Facebook.

F’post fuq Facebook, Borg tefa’ ritratt mat-tim tiegħu u kiteb: “Aħna lesti biex inkompli fejn ħallejna.”

Iżda Borg ma waqafx hemm, kiteb ukoll “...u naqra iżjed sfidi wkoll,” indikazzjoni li l-Prim Ministru Robert Abela se jkun qed jafdalu f’idu aktar responsabbilità.

Aqra aktar dwar dak żvelat mill-ILLUM

More in Politika